Skambju ta’ studenti organizzat miċ-Ċentru Għawdxi ta’ l-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri
Grupp ta’ ħmistax-il student li bħalissa qegħdin jattendu korsijiet fiċ-Ċentru Għawdxi ta’ l-Arti u l-Artiġġjanat Wistin Camilleri f’Għajnsielem, nhar it-Tnejn li għadda telqu għall-Awstrija għal mawra ta’ tmient’ijiem fejn matulha ser iżuru Vjenna, Salzburg, Munich u r-Repubblika Ċeka. Din hija l-ewwel mawra ta’ dan it-tip organizzata minn dan iċ-Ċentru.
L-istudenti, li bħalissa qegħdin jiġu mħarrġa f’xogħlijiet tradizzjonali bħall-bizzilla, kreazzjonijiet ta’ prodotti bix-xemgħa, ganutell u rakkmu bid-deheb, qed jiġu alloġġjati fil-Landwirtschaftliche Fachschule Freistadt fl-Awstrija. Din iż-żjaratissarraf f’opportunita’ unika lil dawn l-istudenti biex jaraw u jitgħallmu dwar l-industrija tal-artiġjanat f’dawn il-pajjiżi. Barra minn hekk l-istudenti Għawdxin ser ikollhom il-possibilita’ li jaqsmu l-idejat u l-mod ta’ kif tista’ tingħata espożizzjoni akbar lill-prodotti artiġjanali Għawdxin.
Bħala skambju ta’ din iż-żjara, 17-il student mill-iskola Awstrijaka ser jiġu Għawdex f’Mejju ta’ din is-sena.
Bħalissa għaddej xogħol intensiv fuq proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea ta’ estenzjoni fuq l-istess Ċentru Għawdxi ta’ l-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri flimkien ma’ xogħlijiet oħra fuq il-proġett tal-bini ta’ Crafts Incubation Centre. F’dawn l-aħħar sentejn dan iċ-ċentru bbenefika wkoll mill-Fond Soċjali Ewropew bit-tnedija ta’ iżjed korsijiet f’Għawdex li qed jiġu offruti għall-ewwel darba. Bħalissa hemm ‘il fuq minn 1,100 student ta’ kull eta’ li qed jisfruttaw l-opportunitajiet edukattivi li qed jiġu offruti minn dan iċ-Ċentru f’Għawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959