Stqarrija konĠunta bejn l-UffiĊĊju tal-Prim Ministru u l-Malta Union of Midwives and Nurses
Illum wara nofsinhar saret laqgħa bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Kunsill tal-Malta Union of Midwives and Nurses fejn ġew diskussi numru ta’ talbiet tal-Union.
Matul din il-laqgħa kordjali ġie reġistrat progress fuq diversi talbiet imressqa mill-Union bil-għan li jitjieb is-servizz tas-saħħa ġewwa pajjiżna kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ xogħol tal-infermiera u l-qwiebel.
Iż-żewġ partijiet qablu fuq diversi prinċipji fosthom ir-rikonoxximent tal-professjoni tal-infermiera permezz tal-għoti ta’ warrant, il-kunċett ta’ għarfien ta’ kontinwita` ta’ servizz fil-professjoni (bridging), apprezzament tan-natura tax-xogħol tal-infermiera u l-qwiebel li jista’ jenħtieġ adattamenti partikolari u inċentivi biex il-korsijiet tan-‘nursing’ u l-‘midwifery’ ikunu aktar attraenti.
Intlaħaq qbil li ż-żewġ partijiet jikkonkludu l-punti tekniċi; b’hekk dawn il-prinċipji jiġu mplementati matul il-ġimgħat li ġejjin.
Intlaħaq ukoll qbil li jittieħdu miżuri malajr sabiex il-ħtieġa ta’ ‘supporting’ u ‘clerical staff’ tiġi indirizzata u dawn jibdew jagħtu s-servizzi tagħhom fl-isptarjiet tagħna.
Iż-żewġ partijiet jaqblu li l-ftuħ tal-Isptar Mater Dei ser iwassal għall-qabza fil-kwalita` tas-servizzi tas-saħħa f’pajjiżna. Għalhekk intrabtu li jikkollaboraw izjed flimkien sabiex il-kura mogħtija lill-pazjenti tagħna tkun tal-ogħla livell.
Il-Prim Ministru irringrazzja lill-Kunsill tal-Union għax-xoghol u s-serjeta` tagħhom, b’mod partikolari lill-President Rudolph Cini li ser itemm il-kariga tiegħu fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. Huwa awgura lill-Kunsill li ser ikun elett fi ftit jiem oħra jkompli bil-ħidma tiegħu b’risq l-izvilupp tas-servizzi tas-saħħa f’pajjiżna.Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959