IL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT JIDDEPLORA L-ATT TA’ VANDALIŻMU FIR-RISERVA NATURALI TA’ L-GĦADIRA
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jiddeplora l-att ta’ vandaliżmu li seħħ illum fir-Riserva Naturali ta’ l-Għadira fejn twaddab żejt maħruq.
Il-Ministeru jfakkar fl-importanza ta’ siti bħalma hi r-Riserva Naturali ta’ l-Għadira, liema siti huma appoġġjati mill-Gvern tant li ħaddiema impjegati fis-servizz pubbliku huwa sekondati biex jaħdmu f’dawn is-siti mmaniġġjati mill-Birdlife.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent itenni li dawn l-atti vandali ma jsarfu f’ebda benefiċċju u jservu biss biex jikkonfermaw li għad hawn min jaħseb li bil-vandaliżmu jista’ jintimida.
Il-Ministeru jfaħħar il-koperazzjoni li ntweriet minn numru ta’ entitajiet fit-tindif tas-sit u jawgura li l-investigazzjonijiet tal-pulizija jwasslu biex jinqabad min wettaq dan l-att vandalu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959