Left arrow Go Back

Lejn titjib fil-kwalità tax-xandir pubbliku

PR0401
Date Icon 21/03/2007

Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kultura għadu kif ta Direttivi lill-PBS dwar kif il-kontribuzzjoni ta' Lm500,000  (€1,164,686.) għall-programmi ta' xandir pubbliku (Extended Public Service Obligation) tintefaq mill-PBS. L-għan tad-Direttivi li saru wara konsultazzjoni estensiva huwa li togħla l-kwalità tax-xandir pubbliku. Dawn id-direttivi min-naħa ta’ l-Ministeru huma intenzjonati li jgħinu lill-PBS jesegwixxi bl-aħjar mod possibbli l-missjoni tiegħu ta’ xandar pubbliku, għax huwa b’hekk biss li l-pubbliku tagħna jieħu l-aħjar valur għall-kontribuzzjoni EPSO. 

Fost il-miżuri li qed jitlob il-Gvern insibu li: 

1. Nofs is-somma li jagħti l-Gvern għandha tmur għall-programmi EPSO fl-ewwel (prima) u fit-tieni (seconda) serata.    

2. Biex jitħares l-ilsien nazzjonali tagħna l-proposti għal programmi li huwa mistenni li jkollhom skript, għandhom jinkludu l-isem tal-konsulent tal-Malti tagħhom jekk ikunu jridu jikkwalifikaw għall-fondi EPSO. Barra minn hekk huwa mistenni li l-iskripts u l-Malti użat għandu jimxi fuq il-Linji Gwida li ħarġet il-Kummissjoni Lingwa ta’ l-Akkademja tal-Malti (2002). 

3. Kull proposta mressqa trid tkun akkumpanjata mill-ismijiet ta’ persuni kwalifikati fis-suġġett. Per eżempju jekk il-proposta tkun għal programm dwar l-istorja tkun akkumpanjata minn persuna kwalifikata fl-istorja.  

4. Għal darb’oħra l-Ministeru irid jinkoraġġixxi li fl-iskeda jkun hemm programmi barranin maqlubin għall-Malti. Il-faxxa tal-programmi għat-tfal, kif ukoll programmi edukattivi u dokumentarji, huma fost il-ġeneri li partikolarment jistgħu jiggwadanjaw minn policy li tinkoraġġixxi l-iddabbjar tal-programmi għall-Malti.   

5. Il-Ministeru anke din is-sena jrid li jiskoraġġixxi li programmi jkunu ripetuti. Għalhekk il-Ministeru mhux se jħalli li flus mill-kontribuzzjoni EPSO jingħataw għal repeats fuq TVM.  

Id-Direttivi mbagħad jidħlu fid-dettal ġeneru b’ġeneru, u jgħidu xi jrid il-Gvern li jsir bil-kontribuzzjoni EPSO f'kull ġeneru. Fost affarijiet oħra l-Ministeru qed jitlob li jkun hemm żewġ serati ta' drama, programm dwar l-istorja ta' pajjiżna u li ma jkunx hemm tnaqqis fil-programmi tat-tfal. Qed jintalab ukoll li programmi ta' karattru nazzjonali jixxandru wkoll fuq Radju Malta. 

Il-Gvern ta direttivi speċifiċi lill-PBS dwar kemm mill-flus tal-kontribuzzjoni EPSO għandhom jintefqu fuq kull ġeneru. L-ammonti jirriflettu dak li l-esperjenza uriet għandhom jintefqu fuq dawn il-programmi. Biex il-PBS ma tkunx żvantaġġjata kummerċjalment il-Gvern iddeċieda li ma jippubblikax dawn iċ-ċifri qabel ma jkunu konklużi l-kuntratti tal-PBS mal-produtturi indipendenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow