Left arrow Go Back

PROGRAMM TA' ATTIVITAJIET FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' JUM IL-ĦELSIEN NHAR IS-SIBT, 31 TA' MARZU, 2007

PR0395
Date Icon 20/03/2007

Il-Kumitat Festi Nazzjonali qed jorganizza dawn l-attivitajiet biex jitfakkar "Jum il-Ħelsien" nhar is-Sibt, 31 ta' Marzu, 2007.

ĊERIMONJA KOMMEMORATTIVA

09.30 a.m.         Il-Banda tal-Forzi Armati u l-Gwardja ta' l-Unur tifforma fi Pjazza Gavino Gulia, Bormla. 

09.35 a.m.         Jibda marċ minn Pjazza Gavino Gulia, li jgħaddi via ix-Xatt ta' Bormla, Triq Santa Tereża u Triq San Lawrenz, Birgu sa quddiem il-Monument tal-Ħelsien, Birgu. 

09.48 a.m.         Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati 

09.51 a.m.         Wasla tal-Prim Ministru 

09.55 a.m.         Wasla tal-E.T. il-President ta' Malta
 L-E.T. il-President ta' Malta jispezzjoni l-Gwardja ta' l-Unur
 L-E.T. il-President ta' Malta u l-Prim Ministru jqiegħdu bukketti fuq il-Monument. Tindaqq il-Fanfara u jsir it-tqegħid tal-bukketti.
Jindaqq l-Innu Nazzjonali           

REGATTA

2.00 p.m.          Regatta Tradizzjonali fil-Port il-Kbir.  Ikun hemm tiġrijiet tad-Dgħajjes A tal-Midalji - Frejgatini - Dgħajjes C tal-Pass - Kajjikki - Dgħajjes B tal-Pass fil-Kategoriji Open u dik Reserves. Wara kull tiġrija ssir il-preżentazzjoni tat-tazzi u l-palji tat-tiġrija partikolari lill-ewwel tlett opri klassifikati.  Wara li jispiċċaw it-tiġrijiet kollha ssir preżentazzjoni mill-Onor Ministru Francis Zammit Dimech, Ministru għat-Turizmu u l-Kultura,  tax-"Shield" lill-klabb li jikseb l-akbar għadd ta' punti fit-tiġrijiet tal-Kategorija 'Open' u oħra fil-Kategorija reserves. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow