KANONIZZAZZJONI TAL-BEATU DUN ĠORĠ PRECA – KONĊESSJONI FUQ IT-TAXXA FUQ IS-SAFAR
PR0390
17/03/2007
Fl-okkażjoni unika tal-Kanonizzazzjoni tal-Beatu Dun Ġorġ Preca, il-Ministeru tal-Finanzi bi pjaċir iħabbar li t-taxxa fuq is-safar, li mill-1 ta’ Gunju 2007 tinżel minn Lm20 (€46.59) għal Lm10 (€23.29) se tiġi eżentata għal dawk it-titjiriet li jitilqu minn Malta għal Ruma u lura Malta bejn l-1 ta’ Ġunju 2007 u l-4 ta’ Ġunju 2007.
Il-Gvern ħa din id-deċiżjoni għax jemmen li din hija okkażjoni unika għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. Għaldaqstant permezz ta’ din il-konċessjoni il-Gvern jixtieq jgħin biex din l-okkażjoni titgawda bl-aħjar mod possibbli mill-akbar numru ta' Maltin u Għawdxin.
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959