Risposta ghall-istqarrija MAĦRUĠA MILL-ONOR. MARIE-LOUISE COLEIRO PRECA dwar APPLIKAZZJONIJIET TA’ L-ALLOWANCE SUPPLIMENTARI
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li t-tagħlim ta’ l-Ingliż kien wieħed mill-aktar ‘segments’ importanti għas-settur turistiku Malti. Hu qal li fl-2004 żaru Malta 55,578 student barrani biex jitgħallmu l-Ingliż. Dawn żdiedu għal 61,607 fl-2005, filwaqt li l-MTA tistma’ li s-sena li għaddiet telgħu għal 67,000.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li f’Malta hawn numru konsiderevoli ta’ skejjel għat-tagħlim ta’ l-Ingliż li minbarra n-numru kbir ta’ ħaddiema li jimpjegaw magħhom, jaħdmu wkoll diversi familji li jospitaw lill-istudenti barranin. Hu qal li sa’ Ottubru li għadda, kien hawn aktar minn 1,300 familja li kienu jospitaw studenti barranin.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li aktar kmieni s-sena l-oħra kienet tħabbret struttura fiskali vantaġġjuża għall-‘host families’. Hu qal li fil-budget għal din is-sena morna pass ieħor ’il quddiem billi ngħatat għażla lil dawn l-operaturi li jekk iridu, jkunu eżentati mill-ħlas tal-bolla b’effett retroattiv.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Gvern jinsisti li l-‘host families’ iżommu standards għoljin u għalhekk it-taqsima ta’ l-Infurzar fi ħdan il-Awtorita’ għat-Turżimu ta’ Malta b’mod regolari tagħmel spezzjonijiet biex tara li l-kundizzjonijiet tal-liċenzji tal-‘host families’ ikunu qed jiġu mħarsa. Hu qal li s-sena li għaddiet, spetturi minn din it-Taqsima għamlu 66 spezzjoni f’dawn il-postijiet biex ikun assigurat il-livell mixtieq.
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959