Left arrow Go Back

Risposta ghall-istqarrija MAĦRUĠA MILL-ONOR. MARIE-LOUISE COLEIRO PRECA  dwar APPLIKAZZJONIJIET TA’ L-ALLOWANCE SUPPLIMENTARI

PR0385
Date Icon 16/03/2007

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li t-tagħlim ta’ l-Ingliż kien wieħed mill-aktar ‘segments’ importanti għas-settur turistiku Malti. Hu qal li fl-2004 żaru Malta 55,578 student barrani biex jitgħallmu l-Ingliż. Dawn żdiedu għal 61,607 fl-2005, filwaqt li l-MTA tistma’ li s-sena li għaddiet telgħu għal 67,000. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li f’Malta hawn numru konsiderevoli ta’ skejjel għat-tagħlim ta’ l-Ingliż li minbarra n-numru kbir ta’ ħaddiema li jimpjegaw magħhom, jaħdmu wkoll diversi familji li jospitaw lill-istudenti barranin. Hu qal li sa’ Ottubru li għadda, kien hawn aktar minn 1,300 familja li kienu jospitaw studenti barranin. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li aktar kmieni s-sena l-oħra kienet tħabbret struttura fiskali vantaġġjuża għall-‘host families’. Hu qal li fil-budget għal din is-sena morna pass ieħor ’il quddiem billi ngħatat għażla lil dawn l-operaturi li jekk iridu,  jkunu eżentati mill-ħlas tal-bolla b’effett retroattiv.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Gvern jinsisti li l-‘host families’ iżommu standards għoljin u għalhekk it-taqsima ta’ l-Infurzar fi ħdan il-Awtorita’ għat-Turżimu ta’ Malta b’mod regolari tagħmel spezzjonijiet biex tara li l-kundizzjonijiet tal-liċenzji tal-‘host families’ ikunu qed jiġu mħarsa. Hu qal li s-sena li għaddiet, spetturi minn din it-Taqsima għamlu 66 spezzjoni f’dawn il-postijiet biex ikun assigurat il-livell mixtieq.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow