Risposta ghall-istqarrija MAĦRUĠA MILL-ONOR. MARIE-LOUISE COLEIRO PRECA dwar APPLIKAZZJONIJIET TA’ L-ALLOWANCE SUPPLIMENTARI
B’referenza għall-istqarrija għall-istampa maħruġa l-bieraħ mill-Onor. Marie Louise Coliero Preca, dwar il-formoli għall-Allowance Supplimentari, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jtenni dak li kien diġà ħabbar fit-13 ta’ Marzu 2007, permezz ta’ avviż għall-istampa, li l-ħtieġa li jerġgħu jintbagħtu l-applikazzjonijiet inħasset peress li l-iżbalji tipografiċi li kien fihom l-applikazzjonijiet impustati l-ewwel darba, żbalji li rriżultaw minn raġunijiet tekniċi u umani, setgħu jfixklu lil min kien se jimla l-applikazzjoni u iżjed u iżjed lil min kien se japplika b’mod elettroniku (on line).
Dan l-avviż, li nħareġ immedjatament kif id-Dipartiment sar jaf bl-iżbalji fuq il-formoli, kien għamilha ċara li min kien diġà mela u bagħat l-applikazzjoni għal din l-Allowance lid-Dipartiment, din kienet valida u ma kellux għalfejn jerġa’ jimla u jibgħat applikazzjoni oħra.
Barra minn dan, qabel ma ntbagħtu l-applikazzjonijiet mill-ġdid, l-impjegati fl-Uffiċċji Distrettwali kollha tad-Dipartiment ġew avżati li kienu ser jintbagħtu applikazzjonijiet oħra korretti u li l-applikazzjonijiet li kienu diġà ntlew kienu validi u kienu ser jiġu proċessati.
Id-Dipartiment ħa l-pass li jerġa’ jibgħat il-formoli ta’ l-applikazzjoni mhux b’kapriċċ, iżda biex jiżgura li sew min irid jimla l-formola manwalment kif ukoll elettronikament ikun jista’ jagħmel dan mingħajr tfixkil.
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959