Left arrow Mur Lura

Abbozz ta’ l-Att dwar is-Saħħa Mentali – Konsultazzjoni mal-Pubbliku

PR0372
Date Icon 15/03/2007

Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità qiegħed iniedi proċess ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku dwar l-Abbozz ta’ l-Att dwar is-Saħħa Mentali.  Dan l-Abbozz hu ppubblikat fuq il-website tal-Ministeru www.sahha.gov.mt fis-sezzjoni Notice Board, sabiex il-pubbliku jkun jista’ jikkummenta dwaru.

Il-Ministeru qiegħed fil-fażi li jiffinalizza l-Abbozz ta’ l-Att dwar is-Saħħa Mentali.  L-għan ta’ din il-liġi hu li kull kura, appoġġ jew għajnuna oħra li tingħata mis-settur tas-saħħa mentali f’Malta tkun waħda li tagħti iktar importanza lill-ħtiġijiet u d-drittijiet tal-persuna konċernata.

L-ewwel abbozz ta’ din il-liġi ġie mfassal minn Grupp ta’ Ħidma mwaqqaf apposta minn ħdan il-Kummissjoni għas-Saħħa Mentali u kkordinat mid-Direttur għall-Iżvilupp tal-Policy fil-Ministeru.

Fil-ġimgħat li ġejjin il-Ministeru se jkun għaddej ukoll b’sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ dawk involuti w interessati f’dan is-settur bil-għan li jintlaħaq kunsens l-aktar wiesgħa possibbli.

Il-pubbliku jista’ jibgħat il-kummenti tiegħu lill-Ministeru billi jibgħat e-mail fuq mha@gov.mt.  Il-kummenti jistgħu jintbagħtu wkoll bil-posta għand Ms. Karen Camilleri, Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, 15, Triq il-Merkanti, Valletta.

Il-kummenti kollha li jaslu ser jiġu kunsidrati, iżda biex dan ikun possibbli l-pubbliku hu mitlub li jara li s-sottomissjonijiet tiegħu jaslu l-Ministeru sas-6 ta’ April 2007.  Il-Ministeru jirringrazzja bil-quddiem lil dawk kollha li ser jagħtu l-kontribut tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow