IMessaġġ mill-Onor. Ċensu Galea, Ministru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għad-Drittijiet tal-Konsumatur - 15 ta’ Marzu 2007
Kull sena, il-Jum Dinji għad-Drittijiet tal-Konsumatur jiġi mfakkar madwar id-dinja kollha. F’Malta matul din il-ġimgħa, ittellgħu diversi attivitajiet biex jitfakkar dan il-jum. Għal dawn l-aħħar erba’ snin, jien kont responsabbli għall-affarijiet relatati mal-konsumatur u għaldaqstant nemmen li l-importanza li tingħata għal din il-ġurnata, tgħin biex il-konsumatur ikun iżjed konxju tad-drittijiet tiegħu.
F’Malta t-tema magħżula għal din is-sena hi : l-użu ta’ l-internet bħala għodda ta’ xiri. Għaldaqstant, is-slogan li ntagħżel jieħu forma ta’ indirizz elettroniku ‘informazzjoni.għażla@konsumatur.com’. Dan is-slogan juri l-importanza ta’ l-informazzjoni li l-konsumatur għandu jkollu biex jagħmel l-aħjar għażla fejn jidħol xiri kemm ta’ prodotti kif ukoll ta’ servizzi. Fil-fatt, l-internet illum sar sors ta’ informazzjoni u permezz tiegħu tista’ tagħmel riċerka fuq ħafna prodotti u servizzi li jista’ jkollok bżonn. Rigward l-għażla, din qegħda tikber ma kull ġurnata li tgħaddi għaliex ħafna negozjanti saru jgħażlu li jbiegħu b’dan il-mod, b’riżultat li llum wieħed sar isib aktar prodotti fuq l-internet. Waqt li l-Internet joffri diversi vantaġġi u huwa mezz komdu ta’ kif wieħed jixtri, fl-istess ħin huwa mportanti li nużawh bil-għaqal għaliex jista’ jkun hemm xi riskji.
Il-Protezzjoni tal-Konsumatur f’pajjiżna għamlet avvanzi kbar, anki permezz ta’ l-impatt ta’ l-Acquis ta’ l-Unjoni Ewropea fuq il-liġi Maltija. Dan imur lura għall-1994 meta bdew jiġu ntrodotti provvedimenti ġodda fil-liġijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-affarijiet tal-konsumatur. Fl-2005 twaqqaf ukoll ic-Centru Ewropew għall-Konsumatur (European Consumer Centre), li jifforma parti min-Network ma’ 26 pajjiz ieħor fl-Ewropa, bl-għan li jagħti iżjed kunfidenza lill-konsumatur meta jixtri minn pajjiż ieħor. Dan iċ-ċentru fil-fatt jilqa’ lmenti kemm minn konsumaturi lokali li jkollhom xi problema wara li jkunu xtraw xi prodott minn pajjiż ieħor fl-Ewropa, kif ukoll mit-turist li jiġi jixtri minn hawn Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959