Left arrow Mur Lura

“Il-Gvern qiegħed iħeġġeġ aktar negozji biex jinvestu fir-riċerka u l-innovazzjoni” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

PR0366
Date Icon 14/03/2007

“Il-mikro intrapriżi f'pajjiżna qegħdin jinvestu madwar 8% ta’ l-investiment kollu fil-pajjiż. Dan l-ammont huwa relattivament żgħir meta wiehed jikkonsidra li 96% tan-negozji f'pajjiżna huma negozji żgħar li jhaddmu inqas minn disa’ persuni.  Hemm bżonn li n-negozji f'pajjizna jkomplu jinvestu u jirristruttraw lilhom infushom.  Irridu nitgħallmu nirbħu fil-kompetizzjoni.  Min ikun lest li jinvesti fil-bidla u f’operati ġodda, min ikun innovattiv fil-mod kif jippreżenta lilu nnifsu u s-servizzi tiegħu, min jipprovdi servizz ta’ kwalita’ u jagħti każ l-interessi tal-konsumaturi anke fl-aktar affarijiet żgħar li ma jinvolvux flus kbar, dan ikun jista’ jakkwista vantaġġ kompetittiv fuq ħaddieħor.”   

Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kien qiegħed jitkellem fil-ftuħ tal-Fourth Networking Workshop tal-proġett ForLink bit-tema “Harnessing the Potential of Private Sector Research and Innovation”. 

Tip

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow