Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU LOUIS DEGUARA JATTENDI LAQGĦA "PARTNERSHIP AND RESPONSIBILITY – TOGETHER AGAINST HIV/AIDS" FI BREMEN

PR0365
Date Icon 13/03/2007

F’dawn il-ġranet il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, it-Tabib Louis Deguara, attenda għal-Laqgħa tal-Ministri tal-pajjiżi Ewropej u l-pajjiżi tal-madwar, li saret fi Bremen il-Ġermanja bit-titlu "Partnership and Responsibility – Together against HIV/Aids" (Flimkien u b'Responsabiltà - Maqgħudin kontra l-HIV/Aids).  Din il-konferenza kienet organizzata mill-Ġermanja li bħalissa għandha l-Presidenza Ewropea.  Attendew diversi Ministri u rappreżentanti ta’ Gvernijiet Ewropej, rappreżentanti ta’ l-Unjoni Ewropea flimkien ma’ rappreżentanti ta’ għaqdiet mhux governattivi. 

Din il-laqgħa ddiskutiet dak li kien ħareġ f’konferenzi simili dwar l-HIV/AIDS li kienu saru f’Dublin u Vilnius u kompliet tibni fuq il-kunklużjonijiet ta’ dawk iż-żewġ konferenzi.  Il-programm iffoka fuq il-bżonn assolut tal-koperazzjoni bejn il-gvernijiet u s-soċjetà ċivili biex tiġi miġġielda l-problema tal-HIV/AIDS. 

Il-konferenza offriet opportunità biex matul il-Partnership Forum  politiċi u sħab soċjali qasmu esperjenzi dwar l-istrateġiji preventivi u d-diversi miżuri fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS.

Saru diversi interventi fosthom id-diskors ewlieni mill-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel.  Diskorsi oħra saru minn esperti f'dan is-settur kif ukoll minn rappreżentanti tas-soċjetà ċivili fosthom omosesswali u nies morda bl-Aids. 

Fl-aħħar tal-Konferenza nħarget id-Dikjarazzjoni ta’ Bremen fejn filwaqt li ġie rikonoxxut il-kobor u l-periklu kbir ta' din il-pandemija globali, tħeġġeġ għall-impenn li għandu jkun hemm minn kulħadd biex jitwettaq programm ta’ azzjoni.  Il-ġlieda kontra din il-marda trid issir minn kulħadd fosthom mill-politiċi li jridu jagħmlu l-liġijiet li jippromwovu u jiggarantixxu d-drittijiet ta’ dawk l-iktar vulnerabbli għal din il-marda bħal dawk li jieħdu d-droga, l-omosesswali, l-emigranti u dawk involuti fil-prostituzzjoni.  Id-Dikjarazzjoni tisħaq fuq l-isforz li għandu jsir biex jiġu promossi metodi ta’ prevenzjoni kontra l-Aids u mard ieħor trasmess sesswalment.  Hu importanti wkoll li tissaħħaħ l-edukazzjoni sesswali u s-servizzi ta’ counselling.  Hemm bżonn ta’ kampanji edukattivi ta’ prevenzjoni, immirati lejn gruppi partikulari fejn trid tiġi spjegata l-importanza ta’ metodi preventivi bħal l-użu tal-condoms. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow