Left arrow Mur Lura

Delegazzjoni parlamentari maltija gĦal Żjara fl-Indja

PR0362
Date Icon 12/03/2007

Delegazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, immexxija mill-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, u magħmula mill-Onor Evarist Bartolo, l-Onor Angelo Farrugia u l-Onor Clyde Puli se żżur l-Indja bejn l-11 u t-17 ta’ Marzu 2007. Din ser tkun l-ewwel zjara tal-Kumitat fl-Indja. Id-delegazzjoni se tiffoka d-diskussjonijiet tagħha fuq it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Malti u l-Parlament Indjan kif ukoll fuq koperazzjoni fl-oqsma tal-kummerċ, l-investiment, it-turiżmu u f’oqsma oħra ta’ interess bilaterali.  

F’New Delhi, id-delegazzjoni se tiltaqa’ mal-Ministru ta’ l-Affarijiet Parlamentari u Informazzjoni, il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, il-Ministru tal-Komunikazzjoni u ta’ l-Informazzjoni Teknologika u l-Ministru tat-Turizmu u l-Kultura.  

Laqgħat oħra se jsiru mal-President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u mal-President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Informazzjoni Teknologika. Id-delegazzjoni se jkollha tahdidiet mad-Deputy Speaker tal- Kamra tad-Deputati (Lok Sabha), is-Sur Charanjit Singh Atwal u mal-Vici President tal-Rajha Sabha (Kunsill ta’ l-Istati), is-Sur Rahaman Khan. 

Id-delegazzjoni ser izzur ukoll l-Assocazzjoni Nazzjonali tal-Kumpaniji tas-Software u tal-Kumpanniji ta’ Servizzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow