L-ISTAĠUN TA’ L-INSIB FUQ GĦASAFAR TA’ L-GĦANA U L-KAĊĊA MINN FUQ IL-BAĦAR FIR-REBBIEGĦA
Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent irċieva r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Ornis dwar l-istaġun ta’ l-insib fuq l-għasafar ta’ l-għana fir-rebbiegħa u dwar l-istaġun tal-kaċċa minn fuq il-baħar fir-rebbiegħa.
Wara li eżamina l-ġustifikazzjonijiet li wasslu lill-Kumitat Ornis biex jagħti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, liema ġustifikazzjonijiet ġew ukoll ippubblikati fi stqarrija mill-Kumitat Ornis, il-Ministru ddeċieda li jilqa’ r-rakkomandazzjonijiet mogħtija lilu mill-Kumitat Ornis.
B’hekk, għal din is-sena mhux se jiftaħ l-istaġun ta’ l-insib fuq l-għasafar ta’ l-għana fir-rebbiegħa u lanqas mhu se jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa minn fuq il-baħar fir-rebbiegħa.
Il-Ministru nnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ornis sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti fit-Trattat ta’ Adeżjoni, anke bis-sehem tan-nassaba.
Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jirringrazzja lill-membri kollha tal-Kumitat Ornis tas-sehem tagħhom fit-tfassil tar-rakkomandazzjonijiet.
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959