Left arrow Mur Lura

GĦAJNUNA FINANZJARJA LIS-SETTUR TAT-TJUR

PR0357
Date Icon 09/03/2007

“L-għajnuna finanzjarja li qed jagħti l-Gvern lis-settur tat-tiġieġ qed tħalli l-frott mixtieq”. Dan qalu Dr Francis Agius, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd, meta il-lum qassam għajnuna finanzjarja lill-produtturi tat-tjur.

L-għajnuna finanzjarja li tqassmet kienet tkopri żewġ għajnuniet, dik tat-tiġieġ tas-simna kif ukoll dik tal-produtturi tat-tiġieġ tal-bajd għall-perjodu Novembru u Diċembru 2006.

L-għajnuna kienet imqassma kif ġej:

Għajnuna fuq it-tiġieg tas-simna:LM38,180 (€ 88,935.48)
Għajnuna fuq it-tiġieg tal-bajd:LM127,341 (€ 296,624.74)

Dr Agius spjega kif l-għajnuna kollha lil dan is-settur (Broilers u Layers) matul is-sena 2006 kienet dik ta’ LM968,281 (€ 2,255,488.00) Dan ikompli juri kif il-Gvern preżenti qiegħed għal darb’oħra jżomm il-wegħdiet tiegħu mal-produtturi ta’ dan is-settur.

Dr Agius qal kif dan is-settur, minkejja li għaddej minn ristrutturar qawwi bħal kumplament tas-setturi agrikoli l-oħrajn, qed jirnexxielu jżomm is-suq tiegħu u anke jgħolli l-produzzjoni. Is-Segretarju Parlamentari Agius għamel referenza għall-istatistika maħruġa l-bieraħ mill-NSO u qal li jinnota b’sodisfazzjoni li kien hemm żieda ta’ 11.3% fil-produzzjoni tat-tiġieġ tas-simna u żieda ta’ 2.2% fil-produzzjoni taċ-ċanga.

Dr Agius qal li din l-istatistika qed turi kif l-iskemi ta’ għajnuniet finanzjarji li qed jagħti l-Gvern mhux biss qed jagħtu spinta finanzjarja lill-produtturi imma wkoll qegħdin iħallu l-frott mixtieq.  Dan ifisser li l-konsumatur qed jifhem u japprezza l-investiment li sar min-naħa tal-produtturi u l-proċessuri għax dan qed ifittex prodott frisk lokali.  Il-konsumatur qed jinnota li l-lum il-prodott frisk lokali huwa ta’ kwalità tajba iktar minn qatt qabel.

Dr Agius temm jgħid li l-Gvern ser ikompli jimpenja ruħu u jara li l-għajnuna kollha meħtieġa għas-setturi agrikoli kollha tingħata ħalli nkomplu nagħmlu suċċess bħalma għamlu pajjiżi oħrajn fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow