GĦAJNUNA FINANZJARJA LIS-SETTUR TAT-TJUR
“L-għajnuna finanzjarja li qed jagħti l-Gvern lis-settur tat-tiġieġ qed tħalli l-frott mixtieq”. Dan qalu Dr Francis Agius, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd, meta il-lum qassam għajnuna finanzjarja lill-produtturi tat-tjur.
L-għajnuna finanzjarja li tqassmet kienet tkopri żewġ għajnuniet, dik tat-tiġieġ tas-simna kif ukoll dik tal-produtturi tat-tiġieġ tal-bajd għall-perjodu Novembru u Diċembru 2006.
L-għajnuna kienet imqassma kif ġej:
| Għajnuna fuq it-tiġieg tas-simna: | LM38,180 (€ 88,935.48) |
| Għajnuna fuq it-tiġieg tal-bajd: | LM127,341 (€ 296,624.74) |
Dr Agius spjega kif l-għajnuna kollha lil dan is-settur (Broilers u Layers) matul is-sena 2006 kienet dik ta’ LM968,281 (€ 2,255,488.00) Dan ikompli juri kif il-Gvern preżenti qiegħed għal darb’oħra jżomm il-wegħdiet tiegħu mal-produtturi ta’ dan is-settur.
Dr Agius qal kif dan is-settur, minkejja li għaddej minn ristrutturar qawwi bħal kumplament tas-setturi agrikoli l-oħrajn, qed jirnexxielu jżomm is-suq tiegħu u anke jgħolli l-produzzjoni. Is-Segretarju Parlamentari Agius għamel referenza għall-istatistika maħruġa l-bieraħ mill-NSO u qal li jinnota b’sodisfazzjoni li kien hemm żieda ta’ 11.3% fil-produzzjoni tat-tiġieġ tas-simna u żieda ta’ 2.2% fil-produzzjoni taċ-ċanga.
Dr Agius qal li din l-istatistika qed turi kif l-iskemi ta’ għajnuniet finanzjarji li qed jagħti l-Gvern mhux biss qed jagħtu spinta finanzjarja lill-produtturi imma wkoll qegħdin iħallu l-frott mixtieq. Dan ifisser li l-konsumatur qed jifhem u japprezza l-investiment li sar min-naħa tal-produtturi u l-proċessuri għax dan qed ifittex prodott frisk lokali. Il-konsumatur qed jinnota li l-lum il-prodott frisk lokali huwa ta’ kwalità tajba iktar minn qatt qabel.
Dr Agius temm jgħid li l-Gvern ser ikompli jimpenja ruħu u jara li l-għajnuna kollha meħtieġa għas-setturi agrikoli kollha tingħata ħalli nkomplu nagħmlu suċċess bħalma għamlu pajjiżi oħrajn fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959