Left arrow Mur Lura

IL-JUM INTERNAZZJONALI TAL-MARA - ŻJARA LILL-ĦADDIEMA NISA U LIR-RESIDENTI NISA FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL

PR0348
Date Icon 08/03/2007

L-Onor Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ stiednet lis-Sinjura Vera Hyzler, mart l-Aġent President, lill-Onor Dolores Cristina, Ministru tal-Familja u Solidarjeta’ Socjali, lis-Sinjura Kate Gonzi u lil Dr Maria Deguara, Sindku tan-Naxxar, biex jingħaqdu magħha fir-residenza San Vinċenz de Paul, ħalli f’dan il-Jum ddedikat lill-mara jżuru lill-ħaddiema nisa u lir-residenti nisa biex jirringrazzjawhom tax-xogħol siewi li għamlu fil-passat u li għadhom qed iwettqu. Huma qassmulhom mimoża u pjanti għall-okkażjoni. Dan il-jum ġie mfakkar ukoll fis-seba’ djar ta’ l-anzjani fil-komunita’. 

L-Onor. D’Amato, f’kelmtejn li għamlet qalet li din is-sena kienet taħbat is-60 anniversarju minn mindu n-nisa ngħataw id-dritt għall-vot. Hija qalet li l-eta’ medja tan-nisa residenti f’din ir-residenza kienet ta’ 82 sena u għalhekk huma kienu fost l-ewwel nisa li vvutaw f’Malta. ‘F’Jum bħal dan ma nistax ma ningħaqadx ma sħabi biex nirringrazzja lin-nisa ta’ din r-residenza li f’l-okkazjoni ta’ llum qed jirrapreżentaw lill-anzjani kollha ta’ Malta, u nroddilhom ħajr għax huma kienu fost l-ewwel nisa f’Malta li taw il-kontribut tagħhom lill-politika Maltija, u għenu biex tissawwar kultura u mentalita’ fejn il-mara setgħet tibda tieħu l-post xieraq f’kull qasam tas-soċjeta’. Grazzi mill-qalb!’ 

L-Onor D’Amato kompliet biex tgħid li tliet kwarti mill-anzjani residenti fir-Residenza San Vinċenz De Paul kienu nisa. Hija rringrazzjathom għax-xogħol kollu li għamlu tul ħajjithom u saħqet fuq il-fatt li huma għad fadallhom x’ joffru lis-soċjeta’. 

Is-Sinjura D’Amato żaret ukoll lill-ħaddiema ta’ din ir-residenza u filwaqt li ppreżentatilhom il-mimoża, bħala simbolu tal-Jum Internazzjonali tal-Mara, irringrazzjathom tax-xogħol u d-dedikazzjoni tagħhom.  

Fil-kummenti tagħha l-Onor Cristina qalet li l-Jum Internazzjonali tal-Mara jagħtina l-possibilita’ biex nuru l-apprezzament tagħna lejn in-nisa kollha li ħadmu bis-sħieħ biex itejbu s-soċjeta’ li minna qed ingawdu aħna lkoll il-lum. Certament li dawn l-anzjani kollha taw il-kontribut tagħhom, min fil-familji tagħhom u min fil-komunita’ biex tissawwar l-ugwaljanza bejn is-sessi. Forsi wħud minnhom ma kinux konxji dwar dak li kien qed jinkiseb, iżda m’hemmx dubju li l-lum qed ingawdu l-frott ta’ dak li huma żergħu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow