IL-PRIM MINISTRU JATTENDI GĦAL-LAQGĦA TAL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA
Il-Prim Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi, illum ħalla Malta għal Brussell fejn se jipparteċipa fil-laqgħa tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Michael Frendo, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, Tonio Fenech, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana, is-Segretarju Privat tal-Prim Ministru, Charles Bonello, ir-Rappreżentant tal-Kumitat għall-Politika u s-Sigurtà, l-Ambaxxatur Tarcisio Zammit, il-Viċi Rappreżentanta Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Theresa Cutajar u s-Segretarja għall-Komunikazzjoni u Stampa fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Josephine Vassallo.
Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta għada, il-Ġimgħa 9 ta’ Marzu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959