NEGOZJI LI JINSABU FIL-VIĊINANZA TA’ 50 METRU MILL-POSTA TAL-VOTAZZJONI JISTGĦU JIFTĦU WAQT L-ELEZZJONIJIET
Qabel ma saret emenda fil-liġi, dawn il-ħwienet kienu mitluba jagħlqu fil-ġurnata ta’ l-elezzjoni.” – is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo
Waqt laqgħa li s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kellu ma’ numru ta’ sidien ta’ ħwienet, huwa spjega kif dawk il-ħwienet li jinsabu bogħod ta’ 50 metru mill-posta tal-votazzjoni jistgħu jibqgħu miftuħa u mhux ser jiġu magħluqa mill-Pulizija bħalma kien isir qabel.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li “din il-bidla ġiet permezz ta’ emenda li tfasslet wara talba ta’ ħafna sidien ta’ ħwienet li kull darba li kien ikollhom elezzjoni fil-lokalita` tagħhom kienu jkunu mitluba jagħlqu. Din hija inizjattiva oħra meħuda mill-Gvern li turi li l-Gvern jemmen fin-negozju u qiegħed ikompli jgħin biex in-negozji tagħna jkunu jistgħu jaħdmu aħjar.”
Is-sidien tal-ħwienet li kienu preżenti għal din il-laqgħa faħħru din l-inizjattiva għaliex kien hemm min kien imġiegħel jagħlaq il-ħanut tiegħu kull meta jkun hemm elezzjoni. Issa dawn is-sidien ta’ negozji żgħar jafu li m’għandhomx għalfejn jitilfu ġurnata xogħol.
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959