Left arrow Go Back

GVERN LI BIL-FATTI QED JGĦIN LIS-SETTUR AGRIKOLU F’PAJJIŻNA

PR0332
Date Icon 07/03/2007

“Il-Gvern ikompli jwettaq dak li wiegħed għas-settur Agrikolu bil-fatti u mhux bil-paroli u dokumenti biss”. Dan qalu Dr Francis Agius, is-Segretarju Parlamentari għall Biedja u s-Sajd, meta dalgħodu kien qed izur is-serrer tal-familja Borg f’San Gwann fejn ħabbar ukoll iktar għajnuna finanzjarja għas-settur Agrikolu. 

Dr Agius qal li l-għajnuna finanzjarja li tqassmet matul din il-ġimgħa kienet tammonta għal iktar minn miljun u tlett mitt elf lira u li kienet imqassma fuq sitt miżuri differenti.  

L-għajnuna kienet imqassma kif ġej: 

·        Għajnuna għall kull tomna raba li jinħadem (LFA):            LM905,201 (€2,108,551.13)

·        Għajnuna fuq il-bini ta’ ħitan tas-sejjieħ:                            LM151,675 (€353,307.71)

·        Għajnuna addizzjonali fuq id-dwieli:                                  LM134,077 (€312,315.40)

·        Għajnuna għall-bdiewa li huma full time(Ad Hoc):             LM57,691 (€134,383.88)

·        Għajnuna ta’LM10 għal kull tomna patata li tinżera:          LM59,493 (€138,581.41)

·        Għajnuna fuq taħwil ta’ dwieli ġodda:                               LM14,443 (€33,643.14) 

Dr Agius qal li l-għajnuna ta’ tlett mizuri li tqassmet illum, 80% hi għajnuna li ġejja mill l-Unjoni Ewropea u 20% ingħataw mill-Gvern Malti. Kien spjegat ukoll li kieku Malta baqgħet barra minn l-Unjoni Ewropea kien ikun iċ-ċittadin li jħallas għal din l-għajnuna mit-taxxi tiegħu jew inkella ma kienet tingħata qatt. B’dan il-mod 80% ta’ l-ispiża kollha fuq dawn it-tlett miżuri qed titħallas mill-Unjoni Ewropea. It-tlett għajnuniet l-oħra qed jitħallsu mill-Gvern Malti taħt l-iSpecial Marketing Program for Maltese Agriculture (SMPPMA). 

Matul din il-ġimgħa tqassam ukoll is-sussidju fuq frott u ħaxix li jiddaħħal il-pitkalija tax-xhur Lulju u Diċembru tas-sena 2006 li dan jammonta għal Lm582,528 (€1,356,925.23). Dr Agius qal li biex jiġu effetwati l-pagamenti hemm l-obbligi mandatorji li jsiru l-kontrolli, l-awditjar u l-ispezzjonijiet neċessarji. 

Dr Agius fakkar li għas-snin 2007-2013 il-biedja Maltija se jkollha għad-dispożizzjoni tagħha mitt miljun Ewro li 75% jiġu mogħtija mill-istess Unjoni Ewropea. 

Is-Segretarju Parlamentari Agius spjega kif l-għaqdiet tal-produtturi qed iħallu l-frott mixtieq. Ġie spjegat kif matul il-gimgħa li għaddiet żewġ għaqdiet tal-produtturi fetħu l-biebien tagħhom fi ġranet barra dawk stabbiliti u r-rispons kien wieħed sodisfaċenti. Dan juri kif il-konsumatur irrid li jkollu prodott frisk.  

Dan jawgura tajjeb għal futur, mhux biss ta’ l-għaqdiet tal-produtturi imma għal l-istess bdiewa li jiffurmaw parti minn dawn l-għaqdiet. Permezz ta’ din is-sistema l-bdiewa qed ikollhom l-opportunita’ li jbiegħu l-prodotti tagħhom direttament.  

Dr Agius qal li din hi t-triq li ser tkompli tgħin fir-ristrutturar tas-settur Agrikolu għax il-bdiewa tagħna kapaċi u ma jibzgħux mill-isfidi li jpoġġu quddiemna ż-żminijiet tal-lum. 

“Dan għal darb’oħra juri l-impenn u s-sensittivita’ tal-gvern lejn is-settur Agrikolu u li l-gvern preżenti bil-fatti qed jgħin ħalli is-settur agrikolu jkompli jkun kompettitiv”, temm jgħid Dr Agius.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow