Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT TA’ MALTA JILTAQA’ MA’ L-GĦAQDIET VOLONTARJI F’SAN ĠILJAN

PR0306
Date Icon 01/03/2007

Waqt laqgħa li kellu ma’ l-għaqdiet volontarji f’San Ġiljan, il-President ta’ Malta, l-E.T. Dr Eddie Fenech Adami qal li ż-żjarat li jagħmel fl-ibliet u rħula ta’ Malta u Għawdex juruh dejjem aktar kemm il-volontarjat hu xempju ta’ solidarjeta’ mal-membri tal-komunita’.  

Il-President qal li din hija okkażjoni fejn dawn jiltaqgħu flimkien biex aktar jgħarrfu lil xulxin. Il-President innota li l-għaqdiet f’San Ġiljan irendu servizz lil din il-komunita’ unika għax tħaddan fiha wkoll nies li m’humiex kollha residenti permanenti hemmhekk.  

Waqt il-laqgħa, li saret fil-Millennium Chapel f’Paceville, il-President sema` ħidmiet l-għaqdiet, il-problemi li jiltaqgħu magħhom u l-inizjattivi tagħhom. 

Il-President żar ukoll il-Millennium Chapel fejn Fr. Hilary Tagliaferro spjega l-funzjoni ta’ dan il-bini fil-qalba ta’ Paceville. Il-President Fenech Adami kellu kliem ta’ tifħir għax-xogħol li jsir fil- Millennium Chapel li ddeskriviha bħala ħolma li saret realta’ u eżempju tajjeb ta’ kif jista’ jinħoloq spirtu ta’ komunita’.  

Sadanittant, il-President flimkien mas-Sinjura Fenech Adami jkompli ż-żjara uffiċjali tiegħu f’San Ġiljan nhar il-Ħadd 4 ta’ Marzu 2007 fejn ser jiltqa’ mar-residenti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow