IL-GVERN JAĦDEM MAŻ-ŻGĦAŻAGĦ BIEX JGĦINNHOM IKOLLHOM L-AĦJAR OPPORTUNITAJIET IMPRENDITORJALI POSSIBBLI” – SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO
“It-tkattir ta’ ħiliet imprenditorjali huwa priorita’ għall-Gvern biex f’pajjiżna tiġi żviluppata mentalita’ aktar imprenditorjali. Biex jitwettaq dan il-għan, il-Gvern qiegħed jaħdem bis-sħiħ biex dawn il-ħiliet jitwasslu lill-istudenti tagħna f’kull livell ta’ edukazzjoni. Din il-ħidma qiegħda ssir permezz ta’ koperazzjoni ma’ numru ta’ għaqdiet. Fosthom, hemm l-organizazzjoni AIESEC, u permezz ta’ ftehim li qegħdin niffirmaw illum ser inkunu qegħdin naħdmu flimkien biex aktar studenti jingħataw tagħlim fuq l-imprenditorija. Mentalita’ aktar imprenditorjali twassal biex l-ekonomija tal-pajjiż titjieb u jinħolqu aktar impjiegi.” Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kien qiegħed jitkellem waqt laqgħa ma’ rappreżentanti ta’ l-organizazzjoni ta’ l-istudenti AIESEC.
AIESEC hija organizazzjoni ta’ l-istudenti li għandha fergħat f’97 pajjiż madwar id-dinja. Hawn Malta l-AIESEC hi mmexxija minn studenti ta’ l-Universita’ ta’ Malta. Fl-1969 twaqqaf l-ewwel bord eżekuttiv hawn Malta. L-għan ta’ din l-għaqda huwa li tagħti esperjenza professjonali liż-żgħażagħ li għadhom ma daħlux fid-dinja tax-xogħol.
AIESEC tmexxiet ’il quddiem f’dawn l-aħħar 38 sena bl-għajnuna ta’ partnerships nazzjonali ma’ kumpaniji lokali u internazzjonali. Din is-sena AIESEC qiegħda tmexxi progetti lokali organizzati minn studenti ġejjin minn fakultajiet differenti. Is-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed ser ikun qiegħed jieħu sehem f’dawn il progetti billi jagħti l-appoġġ tiegħu fuq livell professjonali. L-AIESEC torganizza wkoll konferenzi kull sena fejn studenti Maltin u barranin jingħataw tagħlim fuq kif wieħed jista’ jiżviluppa aktar il-ħiliet imprenditorjali.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan il-ftehim u qal li “fid-dinja tal-lum mhuwiex biżżejjed li wieħed jistudja biss. Huwa importanti li ż-żgħażagħ jitgħallmu jieħdu deċiżjonijiet ta’ serjeta’ fejn tidħol il-karriera li ser jagħżlu. L-imprenditorija tista’ tkun ta’ għajnuna għall-istudenti kollha, mhux biss dawk li qegħdin jistudjaw suġġetti mmirati lejn in-negozju, jew għal dawk l-istudenti li diġa’ jafu li jixtiequ jibdew in-negozju tagħhom. L-imprenditorija hi utli għall-istudenti kollha għax tgħinnhom jiżviluppaw il-ħiliet tal-ħsieb tagħhom. Permezz ta’ l-AIESEC l-istudenti jistgħu jibdew isiru aktar familjari mad-dinja tax-xogħol u jmorru lil hinn minn atmosfera esklussivament akkademika.DOI 01.03.2007
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959