Left arrow Go Back

IL-GVERN JAĦDEM MAŻ-ŻGĦAŻAGĦ BIEX JGĦINNHOM IKOLLHOM L-AĦJAR OPPORTUNITAJIET IMPRENDITORJALI POSSIBBLI” – SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO

PR0304
Date Icon 01/03/2007

“It-tkattir ta’ ħiliet imprenditorjali huwa priorita’ għall-Gvern biex f’pajjiżna tiġi żviluppata mentalita’ aktar imprenditorjali.  Biex jitwettaq dan il-għan, il-Gvern qiegħed jaħdem bis-sħiħ biex dawn il-ħiliet jitwasslu lill-istudenti tagħna f’kull livell ta’ edukazzjoni.  Din il-ħidma qiegħda ssir permezz ta’ koperazzjoni ma’ numru ta’ għaqdiet.  Fosthom, hemm l-organizazzjoni AIESEC, u permezz ta’ ftehim li qegħdin niffirmaw illum ser inkunu qegħdin naħdmu flimkien biex aktar studenti jingħataw tagħlim fuq l-imprenditorija.  Mentalita’ aktar imprenditorjali twassal biex l-ekonomija tal-pajjiż titjieb u jinħolqu aktar impjiegi.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kien qiegħed jitkellem waqt laqgħa ma’ rappreżentanti ta’ l-organizazzjoni ta’ l-istudenti AIESEC.

AIESEC hija organizazzjoni ta’ l-istudenti li għandha fergħat f’97 pajjiż madwar id-dinja.  Hawn Malta l-AIESEC hi mmexxija minn studenti ta’ l-Universita’ ta’ Malta.  Fl-1969 twaqqaf l-ewwel bord eżekuttiv hawn Malta.  L-għan ta’ din l-għaqda huwa li tagħti esperjenza professjonali liż-żgħażagħ li għadhom ma daħlux fid-dinja tax-xogħol. 

AIESEC tmexxiet ’il quddiem f’dawn l-aħħar 38 sena bl-għajnuna ta’ partnerships nazzjonali ma’ kumpaniji lokali u internazzjonali.  Din is-sena AIESEC qiegħda tmexxi progetti lokali organizzati minn studenti ġejjin minn fakultajiet differenti.  Is-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed ser ikun qiegħed jieħu sehem f’dawn il progetti billi jagħti l-appoġġ tiegħu fuq livell professjonali.  L-AIESEC torganizza wkoll konferenzi kull sena fejn studenti Maltin u barranin jingħataw tagħlim fuq kif wieħed jista’ jiżviluppa aktar il-ħiliet imprenditorjali. 

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan il-ftehim u qal li “fid-dinja tal-lum mhuwiex biżżejjed li wieħed jistudja biss.  Huwa importanti li ż-żgħażagħ jitgħallmu jieħdu deċiżjonijiet ta’ serjeta’ fejn tidħol il-karriera li ser jagħżlu.  L-imprenditorija tista’ tkun ta’ għajnuna għall-istudenti kollha, mhux biss dawk li qegħdin jistudjaw suġġetti mmirati lejn in-negozju, jew għal dawk l-istudenti li diġa’ jafu li jixtiequ jibdew in-negozju tagħhom.  L-imprenditorija hi utli għall-istudenti kollha għax tgħinnhom jiżviluppaw il-ħiliet tal-ħsieb tagħhom.  Permezz ta’ l-AIESEC l-istudenti jistgħu jibdew isiru aktar familjari mad-dinja tax-xogħol u jmorru lil hinn minn atmosfera esklussivament akkademika.

DOI  01.03.2007

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow