Left arrow Mur Lura

BINI TA’ SALA ĠDIDA FL-ISKOLA PRIMARJA TA’ ĦAL SAFI

PR0292
Date Icon 28/02/2007

Miexi b’rittmu mgħaġġel ix-xogħol fuq il-bini ta’ sala ġdida u librerija fl-iSkola Primarja ta’ Ħal-Safi li issa jinsab fl-aħħar fażijiet ta’ kostruzzjoni.  “Dan huwa proġett ieħor f’katina ta’ xogħlijiet li qed twettaq il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada madwar Malta. Fl-istess ħin fix-xhur li ġejjin ser ikunu inawgurati żewġ swali ġodda fl-iskejjel primarji ta’ l-Imqabba u s-Siġġiewi rispettivament.  Dan minbarra l-bini ta’ skola sekondarja ġdida f’Ħal Qormi u l-bini mill-ġdid ta’ l-iskola tal-Verdala f’Bormla.”  Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol Louis Galea meta żar l-iskola primarja ta’ Ħal Safi.   

Il-sala u l-librerija biswit l-iskola ta’ Ħal Safi huma mibnija fuq medda ta’ art ta’ 500 metru kwadru.  Is-sala l-ġdida ta’ Ħal Safi ser tkun tesa’ tliet mitt persuna u se tkun mgħammra bl-apparat kollu li għandha bżonn sala moderna biex tintuża għad-drama, għall-mużika, laqgħat u attivitajiet oħrajn li torganizza l-iskola, inkluż attivitajiet sportivi meta t-temp ma jippermettix li jsiru barra.  Maġenb is-sala nbnew ukoll faċilitajiet ta’ backstage u changingrooms kif ukoll foyer u librerija.  Il-bini huwa servut b’faċilitajiet sanitarji moderni fil-backstage u fil-foyer kif ukoll għal dawk bi bżonnijiet speċjali.  L-art madwar is-sala mistennija tissebbaħ b’landscaping u entratura separata mill-iskola li tkun speċifika għas-sala.  Dan biex is-sala tkun tista’ tintuża wkoll mill-komunità ta’ Ħal Safi. 

Meta titlesta s-sala, l-iskola tkun tista’ tagħmel użu minn kmamar li bħalissa jintużaw bħala sala, biex dawn ikunu jistgħu iservu bħala guidance room, resource room, klinika żgħira u għall-attivitajiet kreattivi.  

Fl-iskola primarja ta’ Ħal Safi saru wkoll xogħlijiet oħrajn li jinkludu l-bdil ta’ l-aperturi esterni kollha kif ukoll titjib tal-faċilitajiet sportivi għat-tfal.  Ix-xogħlijiet kollha li qed isiru f’din l-iskola se jfissru investiment ta’ kważi Lm200,000 (€ 465,874).   

Il-Ministru Louis Galea qal li l-Gvern hu kommess li f’kull skola, f’kull lokalità l-ambjent jitjieb b’mod sostanzjali u li nipprovdu riżorsi u faċilitajiet mill-aqwa biex uliedna ikunu jistgħu jilħqu l-milja tagħhom u b’hekk jirnexxu ilkoll.  Louis Galea qal li f’skola moderna, skola ta’ għada, irid ikun hemm kmamar speċjalizzati, faċilitajiet sportivi, riżorsi fil-klassijiet, u ambjent ġenerali li jħeġġeġ it-tagħlim.  Hu tenna li l-iskola ta’ Ħal Safi toffri ambjent sabieħ u miftuħ u li jilqa’.  Bi ftit aktar minn 160 tifel u tifla, l-iskola ta’ Ħal Safi qed tagħti lit-tfal ħafna attenzjoni individwali u qed torganizza diversi attivitajiet kemm bħala skola kif ukoll bħala parti min-network ta’ skejjel li jiffurmaw il-kulleġġ San Benedittu.   

Il-Ministru qal li l-ġenituri ta’ din l-iskola primarja qed ikunu involuti f’taħdidiet u taħriġ fuq livell ta’ kulleġġ u dan qed iwassal biex il-ġenituri jieħdu sehem aktar attiv u jkollhom idea aktar ċara tal-mixja edukattiva ta’ uliedhom.  Hu faħħar lill-kap ta’ l-iskola, l-amministrazzjoni u l-għalliema għall-ħidma tagħhom għax jidher ċar li f’din il-lokalità l-ġenituri huma kuntenti bil-mod kif qed titmexxa l-iskola u mill-livell ta’ edukazzjoni li qed jirċievu uliedhom.  Fost affarijiet oħra l-Ministru semma l-inizjattiva li ħadet l-iskola favur il-qari u anke l-inizjattiva ta’ Eko-Skola biex l-istudenti isiru jafu aktar dwar l-ambjent u kif nistgħu nirrispettawh.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow