Left arrow Mur Lura

L-AMBAXXATUR MALTI GĦAN-NORVEĠJA JIPPREŻENTA L-KREDENZJALI

PR0290
Date Icon 28/02/2007

L-Ambaxxatur  Noel Buttigieg Scicluna aktar kmieni dan ix-xahar ippreżenta l-kredenzjali lill-Maesta’ Tiegħu r-Re Harald V tan-Norveġja, bħala ambaxxatur ta’ Malta għal dak il-pajjiż. 

B’hekk l-Ambaxxata Maltija f’Copenhagen id-Danimarka, issa qed tiffunzjona bħala Ambaxxata Reġjonali ta’ Malta li taqdi d-Danimarka, l-Isvezja, il-Fillandja u n-Norveġja, kif previst fil-miri strateġiċi tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. 

Matul iż-żjara tiegħu f’Oslo, l-Ambaxxatur Buttigieg Scicluna kien akkumpanjat minn Paul Radmilli, First Secretary fl-Ambaxxata Maltija f’Copenhagen u kellu laqgħat ma’ l-awtoritajiet ta’ l-ajruport ta’ Oslo, ma’ uffiċjali tal-Linja ta’ l-Ajru Norveġiża, ma’ IKT-Norge, l-akbar organizzazzjoni Norveġiża fil-qasam tat-teknoloġija ta’ l-informatika; man-NOBIO (Norwegian Bioindustry Association); man-NiGel (Norwegian Association of Generic Pharmaceuticals Industry) u diversi laqgħat oħra fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Norveġiż.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow