L-UFFIĊJU KONĠUNT
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern jagħmel referenza għal rapporti li dehru fl-istampa lokali dwar l-Uffiċċju Konġjunt li jamministra l-propjeta’ tal-Gvern li qabel kienet tal-Knisja u jixtieq ixejjen ċerti allegazzjonijiet u misinterprazzjonijiet li inkitbu.
Il-liġi li waqqfet il-“Joint Office” hija bażata fuq il-Ftehim tat-28 ta’ Novembru, 1991 bejn il-Gvern u s-Santa Sede. Permezz ta’ dan il-Ftehim, il-propjeta’ tal-Knisja li ma kinitx tintuża għal skop reliġjuż jew pastorali għaddiet għand il-Gvern bi prezz maqbul bejn iż-żewġ partijiet.
Il-Gvern intrabat li kull profitt li jsir mill-bejgħ tal-propjeta’ irid imur sabiex jissussidja l-Iskejjel tal-Knisja bis-saħħa ta’ ftehim ieħor li ġie iffirmat fl-istess żmien li bih il-Gvern intrabat li jħallas is-salarji kollha ta’ l-għalliema tal-Iskejjel tal-Knisja, flimkien ma’ 10% ta’ din l-ispiża għall-manutenzjoni ta’ l-istess skejjel.
Dan ifisser żewġ affarijiet:
a) li l-Ftehim jippresumi li l-proprjeta’ tinbiegħ bi profitt;
b) li dan il-profitt irid jiġi użat għall-iskop ta’ sussidju għall-iskejjel tal-Knisja biex dawn ikunu b’xejn.
Għalhekk l-allegazzjoniji li “li jekk hemm xi ħadd li sejjer tajjeb mill-proprjeta’ tal-Knisja li tinbiegħ bi prezz aktar għoli minn dak tas-suq hu l-istess Gvern, għax qed jiffranka s-sussidju lill-Fondazzjoni għall-Iskejjel tal-Knisja” hi bla bażi.
Apparti minn dan mhux minnu li l-proprjeta’ tal-Knisja qed tinbiegħ “bi prezz aktar għoli minn dak tas-suq”. Fil-fatt skond l-istess Ftehim il-proprjeta’ tinbiegħ b’sejħa għall-offerti skond l-Att dwar it-Trasferiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern, u jiġi aċċettat il-prezz mogħti fl-ogħla offerta.
Żgur li l-poplu ma jkunx kuntent li ġidu jingħata lill-individwi bi prezz anqas milli tiswa l-istess propjeta jew mill-prezz li l-istess individwu lest li jħallas!
B’danakollu l-Gvern xorta uża proprjeta’ li ġiet mingħand il-Knisja għal skop soċjali:-
a) billi ittrasferixxa lill-Awtorita’ tad-Djar, artijiet li jqumu ma’ l-Lm10.7 miljun (€24.9miljun)fis-suq għal prezz nominali, u din l-Awtorita’ tibni djar li bi prezz sussidjat igħaddi għand familji Maltin;
b) nieda skemi għall-fidi taċ-ċnus ta’ residenzi bi prezz issussidjat.
Fl-aħħarnett il-Ministeru jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku li l-Gvern, bil-bejgħ tal-proprjeta’, irid ukoll iħallas għall-prezz li ntrabat bil-Ftehim li jħallas għall-proprjeta’ lill-Knisja, u fl-istess ħin irid jaħseb għal ħlas kull sena ta’ Lm12-il miljun lira (€27.9 miljun) lill-iskejjel tal-Knisja. Il-bejgħ tal-propjeta’ tal-Knisja kull sena, tissusidja parti żgħira ħafna ta’ din in-nefqa annwali ta’ Lm12-il miljun(€27.9 miljun) .
DOI 28.02.2007
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959