Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU DOLORES CRISTINA TNIEDI L-PJAN TA’ ĦIDMA 2007 TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI FAMILJA U L-FORUM B’RISQ IL-FAMILJI

PR0284
Date Icon 26/02/2007

L-Onor. Dolores Cristina Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali illum nediet il-Pjan ta’ Ħidma 2007 tal-Kummissjoni Nazzjonali Familja (KNF) kif ukoll attendiet għall-ewwel laqgħa tal-Forum b’Risq il-Familji li l-KNF qed tgħin biex jiġi mwaqqaf. 

Fid-diskors tagħha l-Ministru Cristina ferħet lil Kummissjoni għax xogħol siewi li l-membri għamlu mit-twaqqif tagħha u qalet li hija ċerta li b’dan il-pjan ċar, il-Kummissjoni ser tkompli taqdi dmirha lejn il-poplu Malti bl-aħjar mod possibbli. “Meta wieħed jara l-impenn personali tal-membri wieħed ma jistax ma jkunx kuntent u sodisfatt, u dan il-Pjan ser jgħin biex ix-xogħol li għandu jsir f’dan il-qasam tant importanti jkun mfassal biċ-ċar. Jiena ċerta li ser ikunu ħafna dawk li ser jagħtu l-kontribut tagħhom lil Kummissjoni. Nafu li l-familja hija s-sisien tas-soċjetà tagħna u rridu nagħmlu minn kollox biex nagħtuha aktar saħħa u pedamenti sodi fuq xiex tistriħ,” kompliet il-Ministru Cristina.

“Żgur li l-konsultazzjoni li ser tibda nhar l-Erbgħa li ġej ser tagħti riżultati pożittivi u minn hawnhekk nixtieq inħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ kull għaqda, kull individwu, biex b’hekk il-Kummissjoni jkollha stampa aktar ċara tal-familja Maltija. Il-politika nazzjonali tal-familja hija waħda mixtieqa ħafna minn dan il-Gvern għaliex aħna nagħrfu li hemm bżonn nifhmu bidliet li saru tul is-snin fis-soċjetà tagħna biex b’hekk inkunu nistgħu nilqgħu dejjem aħjar għall-isfidi ta’ kuljum.” Il-Ministru kkonkludiet billi ferħet lil Kummissjoni talli ħadet il-pass biex tgħin lill-għaqdiet volontarji sabiex huma joħolqu forum b’risq il-familja u esprimiet ix-xewqa li dan il-forum ma jdumx ma jqum fuq saqajh biex b’hekk f’pajjiżna jkun hawn vuċi oħra, indipendenti, li dejjem tfittex l-aħjar interess tal-familji Maltin u Għawdxin.  

Minn naħa tiegħu, iċ-Chairman tal-KNF is-Sur Sandro Spiteri esprima l-apprezzament kbir tiegħu lejn il-membri kollha tal-Kummissjoni. “Il-medda ta’ inizjattivi li se tkun qed tieħu l-Kummissjoni matul din is-sena hija possibbli biss minħabba l-impenn sħiħ u ma jaqta’ xejn tal-membri kollha tagħha,” huwa qal. “Nemmen li permezz ta’ dawn l-inizjattivi fl-oqsma tar-riċerka, l-iżvilupp ta’ policies, il-konsultazzjoni pubblika u tat-tisħiħ tas-soċjetà ċivili, il-Kummissjoni se tkun f’pożizzjoni ħafna aħjar biex tħoss il-polz tal-familja Maltija, u biex tagħti pariri siewja lill-Gvern tal-ġurnata.”   

Il-Pjan ta’ Ħidma tal-KNF għal din is-sena jinbena fuq 4 pilastri prinċipali:

·        Riċerka

·        Konsultazzjoni għal politika nazzjonali dwar il-familja

·        Parir tekniku u appoġġjar ta’ proposti (technical advice and advocacy)

·        Is-Soċjetà Ċivili  

A.  Riċerka 

Fil-qasam ta’ riċerka, il-KNF diġà tat kontribut siewi billi, fost oħrajn, fis-snin li għaddew ippreżentat riċerka dwar il-faqar u l-familja, b’enfazi partikolari fuq it-tfal. Riċerka li għadha kemm tlestiet u li se tiġi ppreżentata dalwaqt hija dwar is-saħħa mentali u l-familja. Oħra li għadha għaddejja hija dwar il-bidliet fil-forom ta’ familji.Apparti dan, matul l-2007 ir-riċerka se tingħata spinta sew ’il quddiem billi ġew ikkommissjonati ħames proġetti ġodda ta’ riċerka, li bejniethom assorbew terz tal-baġit annwali tal-KNF. Din il-figura, ta’ Lm5,000 (€11,646.87), ma tinkludix il-kontribut ċentrali tal-membri tal-Kummissjoni f’ħafna minn din ir-riċerka, u li kieku kienet tiswa ħafna iktar mill-onorarja lil jingħataw bħala membri tal-Kummissjoni.  

B’kollox, mela, matul l-2007 se jkun hemm għaddejjin sitt proġetti ta’ riċerka, li huma:

·        il-bidliet fil-forom ta’ familji (tkomplija mis-sena l-oħra);

·        l-effett tal-leġislazzjoni ta’ l-UE fuq il-familja Maltija;

·        riċerka dwar il-kawża tal-problemi tal-koppji li jmorru għal-counselling mas-servizzi ta’ Cana (bi sħab mal-Moviment ta’ Cana);

·        ġabra tar-riċerka u riżorsi dwar il-familji li saret fi ħdan il-fakultajiet diversi fl-Università;

·        iż-żwiġijiet imħallta f’Malta, jiġifieri fejn ir-raġel jew il-mara mhux Maltin;

·        l-effett tal-Qorti tal-Familja fuq il-familji Maltin. 

Fit-tieni nofs tas-sena 2007, il-Kummissjoni bi sħab mal-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali beħsieba tippublika din ir-riċerka.  

B.  Konsultazzjoni 

Sa l-aħħar ta’ Mejju 2007, il-KNF se tippreżenta lill-Gvern abbozz ta’ Pjan Nazzjonali dwar il-Familja. Dan il-Pjan huwa msejjes mhux biss fuq ir-riċerka li ssemmiet qabel, imma fuq proċess wiesa’ ta’ konsultazzjoni kemm ma’ istituzzjonijiet u entitajiet fil-qasam tal-familja, kif ukoll mal-pubbliku.  

Biex tagħmel dan, il-Kummissjoni qed torganizza serje ta’ erba’ laqgħat reġjonali biex tisma’ l-kummenti u l-proposti tal-pubbliku dwar kif għandha tkun il-pjanifikazzjoni nazzjonali dwar il-familja. Dawn il-laqgħat se jsiru kif ġej: 

·        28ta’ Frar

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow