Left arrow Mur Lura

IL-GVERN JILQA’ B’FERĦ KBIR L-AĦBAR TAL-KANONIZZAZZJONI TA’ DUN ĠORĠ PRECA

PR0269
Date Icon 23/02/2007

Il-Gvern jilqa’ b’ferħ kbir l-ahbar li, wara l-Konċistorju msejjaħ illum mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI, Dun Ġorġ Preca ser ikun kanonizzat fit-3 ta’ Ġunju li ġej.  

Dan huwa mument storiku għal pajjizna. Dun Ġorġ biddel l-istorja ta’ pajjiżna permezz ta’ l-impenn tiegħu edukattiv u pastorali qalb in-nies. Dun Ġorġ kien ukoll pijunier fil-kitba bil-lingwa Maltija u l-użu ta’ lsienna fit-tagħlim. Kien, fuq kollox qassis qrib il-bżonnijiet tan-nies.  

F’din l-okkażjoni l-Gvern jixtieq juri l-apprezzament u r-ringrazzjament tiegħu lis-soċjeta` tal-MUSEUM, għax-xogħol kollu li hija wettqet matul dawn l-aħħar mitt sena u li għada qed twettaq fost il-poplu Malti. Illum, il-Prim Ministru bagħat ittra ta’ ringrazzjament lis-soċjeta` tal-MUSEUM. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow