IL-MINISTRU GĦALL-KOMPETITTIVITA’ U KOMUNIKAZZJONI CENSU GALEA FLIMKIEN MAL-MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U XOGĦOL LOUIS GALEA JINDIRIZZAW U JQASSMU PREMJIJIET LILL-ISTUDENTI LI PPARTEĊIPAW FIL-KOMPETIZZJONI ANNWALI TAS-SAGĦTAR
“Huwa importanti li tieħdu interess f’dawn il-kompetizzjonijiet edukattivi u nittama li l-parteċipazzjoni f’attivitajiet bħal dawn ikompli jiżdied”. Il-Ministru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni Censu Galea, qal dan waqt indirizz lil studenti li kienu qegħdin jattendu ‘Lejla Sagħtar’. Din l-attivita’ hi appuntament annwali li fiha l-istudenti abbonati fil-magazine ‘Sagħtar’ jingħataw għadd ta’ premjijiet.
Fost il-premjijiet mogħtija, il-Ministru Censu Galea ippreżenta numru ta’ vouchers tal-Bolol li ngħataw wara li kienet organizzata kompetizzjoni għall-istudenti marbuta mad-disinji tal-bolol. F’kelmtejn ta’ l-okkażjoni, il-Ministru Censu Galea saħaq fuq il-bżonn li jitrawwem dejjem iktar l-interess fost l-istudenti Maltin u Għawdxin f’dawn it-tip ta’ kompetizzjonijiet. Fl-istess waqt, semma ukoll li b’mod partikolari fil-qasam tal-bolol, ħafna huma dawk li jikkollezzjonawhom, u din il-kollezzjoni tiġbor fiha mhux biss id-dehra sabiħa tal-bolol iżda ukoll l-istorja u l-informazzjoni warajhom.
Intant, il-Ministru Louis Galea feraħ lil dawk kollha preżenti l-ewwel nett għaliex wrew il-kapaċità tagħhom u rebħu dawn il-premji iżda wkoll għax kienu impenjati u motivati biżżejjed biex jieħdu seħem. Louis Galea irringrazzja wkoll lil dawk kollha li jaħdmu biex jipproduċu l-magażin ‘Sagħtar’ li issa ilu jeduka lil eluf ta’ tfal għal snin twal. Hu qal li l-bniedem jaqra biss jekk dak li jkun qed jaqra ikun ta’ interess, ippreċentat tajjeb u li jqajjimlek biżżejjed kurżità biex tkompli. Il-fatt li tant studenti ta’ kull sena jabbonaw għal dan il-magażin ifisser li hu magażin tajjeb biżżejjed li jikkompeti mad-diversi rivisti, pubblikazzjonijiet u saħansitra programmi televiżivi jew tal-kompjuter li l-istudenti illum għandhom minn fejn jagħżlu. Louis Galea ħeġġeġ lil dawk preżenti biex iħajjru lill-istudenti sħabhom jabbonaw għal dan il-magażin biex aktar studenti jiskopru l-faxxinu tal-qari u jitgħallmu mill-materjal interessanti li dan joffri.
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959