Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦALL-KOMPETITTIVITA’ U KOMUNIKAZZJONI CENSU GALEA FLIMKIEN MAL-MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U XOGĦOL LOUIS GALEA JINDIRIZZAW U JQASSMU PREMJIJIET LILL-ISTUDENTI LI PPARTEĊIPAW FIL-KOMPETIZZJONI ANNWALI TAS-SAGĦTAR

PR0268
Date Icon 23/02/2007

“Huwa importanti li tieħdu interess f’dawn il-kompetizzjonijiet edukattivi u nittama li l-parteċipazzjoni f’attivitajiet bħal dawn ikompli jiżdied”. Il-Ministru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni Censu Galea, qal dan waqt indirizz lil studenti li kienu qegħdin jattendu ‘Lejla Sagħtar’. Din l-attivita’ hi appuntament annwali li fiha l-istudenti abbonati fil-magazine ‘Sagħtar’ jingħataw għadd ta’ premjijiet. 

Fost il-premjijiet mogħtija, il-Ministru Censu Galea ippreżenta numru ta’ vouchers tal-Bolol li ngħataw wara li kienet organizzata kompetizzjoni għall-istudenti marbuta mad-disinji tal-bolol. F’kelmtejn ta’ l-okkażjoni, il-Ministru Censu Galea saħaq fuq il-bżonn li jitrawwem dejjem iktar l-interess fost l-istudenti Maltin u Għawdxin f’dawn it-tip ta’ kompetizzjonijiet. Fl-istess waqt, semma ukoll li b’mod partikolari fil-qasam tal-bolol, ħafna huma dawk li jikkollezzjonawhom, u din il-kollezzjoni tiġbor fiha mhux biss id-dehra sabiħa tal-bolol iżda ukoll l-istorja u l-informazzjoni warajhom.

Intant, il-Ministru Louis Galea feraħ lil dawk kollha preżenti l-ewwel nett għaliex wrew il-kapaċità tagħhom u rebħu dawn il-premji iżda wkoll għax kienu impenjati u motivati biżżejjed biex jieħdu seħem.  Louis Galea irringrazzja wkoll lil dawk kollha li jaħdmu biex jipproduċu l-magażin ‘Sagħtar’ li issa ilu jeduka lil eluf ta’ tfal għal snin twal.  Hu qal li l-bniedem jaqra biss jekk dak li jkun qed jaqra ikun ta’ interess, ippreċentat tajjeb u li jqajjimlek biżżejjed kurżità biex tkompli.  Il-fatt li tant studenti ta’ kull sena jabbonaw għal dan il-magażin ifisser li hu magażin tajjeb biżżejjed li jikkompeti mad-diversi rivisti, pubblikazzjonijiet u saħansitra programmi televiżivi jew tal-kompjuter li l-istudenti illum għandhom minn fejn jagħżlu.  Louis Galea ħeġġeġ lil dawk preżenti biex iħajjru lill-istudenti sħabhom jabbonaw għal dan il-magażin biex aktar studenti jiskopru l-faxxinu tal-qari u jitgħallmu mill-materjal interessanti li dan joffri.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow