Left arrow Mur Lura

JIDĦLU FIS-SEĦĦ EMENDI FIL-ĦLASIJIET GĦALL-PERMESSI TA’ L-IŻVILUPP LI MINNHOM SE JIBBENEFIKAW IR-RAĦĦALA

PR0262
Date Icon 23/02/2007

Permezz ta’ Avviż Legali li kien ippublikat fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tal-Ġimgħa 23 ta’ Frar, 2007, daħlu fis-seħħ emendi fil-ħlasijiet għall-permessi ta’ l-iżvilupp li minnhom se jibbenefikaw ir-raħħala li għandhom irziezet ta’ l-annimali. 

Fit-taħdidiet regolari bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u rappreżentanti tar-raħħala, fosthom il-Koperattiva ta’ min Irabbi l-Majjali (KIM) u l-Koperattiva Produtturi tal-Ħalib (KPĦ), kien qam il-każ tal-ħlas lill-MEPA meta r-raħħala japplikaw għall-permessi tal-bini biex jirranġaw ir-razzett tagħhom jew jibnu xi razzett ġdid.  

Ir-raħħala kienu qed jargumentaw li ġaladarba huma ma jistgħux jikkonnettjaw ir-razzett tagħhom mas-sistema tad-drenaġġ, ir-regolamenti kellhom ikunu emendati biex ma tibqax tiġi mitluba dik il-parti tal-ħlas li l-MEPA tiġbor f’isem il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma. 

Wara li saru l-konsultazzjonijiet mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent mal-Ministeru tal-Finanzi, mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma, il-MEPA, id-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura u r-rappreżentanti tar-raħħala, tressqet proposta quddiem il-Bord tal-MEPA biex tiġi kkunsidrata emenda fil-ħlas ta’ dak li hu magħruf bħala Infrastructure Service Contribution.  Il-Bord laqa’ din it-talba u permezz ta’ l-Avviż Legali r-raħħala mhux se jibqgħu jħallsu dik il-parti mill-ħlas li hi relatata għas-servizz tad-drenaġġ.  Dawn l-emendi huma retroattivi b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2005 u b’hekk raħħala li laħqu ħallsu flus għal dan il-għan matul dan il-perjodu se jkunu jistgħu jitolbu rifużjoni. 

F’kummenti dwar dan l-iżvilupp importanti, il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino qal li din hi miżura oħra li tkompli tikkonferma kemm il-Gvern huwa sensittiv għat-talbiet tar-raħħala u s-settur agrikolu kollu.  Il-Ministru Pullicino irriafferma l-impenn tal-Gvern li jagħmel dak kollu possibbli biex jitnaqqas il-piż fuq l-operat ta’ dawn is-setturi.  Hu esprima l-apprezzament tiegħu għal-livell ta’ kollaborazzjoni bejn il-partijiet kollha kkonċernati li wasslet biex din l-issue tkun riżolta għall-ġid ta’ kulħadd.  L-Onor. Pullicino qal li dan hu pass importanti fil-proċess ta’ ristrutturar li għaddejjin minnu l-irziezet Maltin biex jikkonformaw ma’ l-istandards Ewropej.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow