Left arrow Mur Lura

Il-Gvern investa MaL-Lm116,000 (€270,207) għal titjib ta’ toroq f’Santa Luċija

PR0260
Date Icon 23/02/2007
Fl-aħħarsentejn il-Gvern Ċentrali alloka b’kemm jiswew Lm116,000 (€270,207) f’xogħlijiet biex jittejbu t-toroq residenzjali ta’ Santa Luċija.
Waqt żjara ligħamel fuq il-lant tax-xogħol f’Dawret it-Torri f’din il-lokalità, il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, l-Onor. Jesmond Mugliett, qal li t-tijib f’din it-triq iddaħħal fil-Programm ta’ Bini ta’ Toroq Residenzjali 2006-2008 mhux biss minħabba li l-kundizzjoni ta’ din it-triq iddeterjorat fl-aħħar snin.
“Dawretit-Torri hija parti mir-ring road li ddawwar ir-raħal ta’ Santa Luċija. B’konsegwenza t’hekk, il-parti l-kbira tat-traffiku destinat għal Santa Luċija li jkun ġej min-nofsinhar ta’ Malta jgħaddi minn din it-triq. Dan it-traffiku jinkludi wkoll bosta vetturi tqal. Dan, kif ukoll in-nuqqas ta’ manutenzjoni adegwata wasslet għal deterjorazzjoni qawwija fil-wiċċ u l-pedament tat-triq,” qal il-Ministru.
“Dawretit-Torri hija għalhekk waħda mill-madwar 50 triq residenzjali traffikużi li ddaħħlu fil-Programm tal-Gvern għax għandhom bżonn jinbnew mill-ġdid.”
Il-MinistruMugliett spjega li l-proġett tat-titjib ta’ Dawret it-Torri mhux ser itejjeb il-ħajja tar-residenti li joqgħodu matul din it-triq biss, iżda ser ikun ta’ fejda għar-residenti ta’ Santa Luċija kollha.
“Ix-xogħlijiet li qed ngħamlu f’din it-triq jinkludu wkollit-titjib tal-bankina faċċata tad-djar, li ilha żdingata għal snin twal. Dan il-proġett għalhekk ser itawwal il-promenade li nbniet mill-Gvern Ċentrali ftit tas-snin ilu fi Triq il-Prinjol biex din tieħu minn tarf sa tarf tar-raħal. B’hekk Santa Luċija ser ikun l-iktar raħal mgħammar għall-passiġġati u jogging fin-nofsinhar ta’ Malta bi promenade ta’ 800 metru u jogging trail ta’ kilometru ftit bogħod minn xulxin,” tenna l-Ministru.
Ix-xogħol fuqDawret it-Torri qed isir bħala parti minn period contract li kien iffirmat fi tmiem is-sena li għaddiet. Dan, flimkien mal-bini ta’ Vjal l-Oleandri ser jiġu jiswew Lm67,000 (€156,068). Dan il-lot kien parti mill-madwar Lm1.2 miljuni (madwar €2.8 miljuni) f’xogħlijiet li kienu nħarġu f’daqqa.
Fl-2006 kienunbnew ukoll Post il-Gladjoli u Triq it-Tulipani bi spiża ta’ Lm20,000 (€46,587). Dawn jiżdiedu ma’ Triq Stefanotis, parti minn Triq in-Narċis u parti minn Triq Katerina Vitale li kienu nbnew fis-sena 2005 bi spiża ta’ madwar Lm29,000 (€67,500). Il-Gvern Centrali dan l-aħħar ħadem ukoll fit-toroq rurali ta’ Santa Luċija bit-titjib ta’ Sqaq Garnaw li jintuża minn bosta bdiewa li għandhom għelieqi f’din iż-żona.
B’hekk mis-sitt toroq f’Santa Luċija, li jidhru fil-Programm ta’ Bini ta’ Toroq Residenzjali, ser ikun għad fadal x’jinbnew żewġ toroq biss - jiġifieri Triq il-Qoton u Triq Inez Soler.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow