Il-Gvern investa MaL-Lm116,000 (€270,207) għal titjib ta’ toroq f’Santa Luċija
PR0260
23/02/2007
| Fl-aħħar | sentejn il-Gvern Ċentrali alloka b’kemm jiswew Lm116,000 (€270,207) f’xogħlijiet biex jittejbu t-toroq residenzjali ta’ Santa Luċija. |
| Waqt żjara li | għamel fuq il-lant tax-xogħol f’Dawret it-Torri f’din il-lokalità, il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, l-Onor. Jesmond Mugliett, qal li t-tijib f’din it-triq iddaħħal fil-Programm ta’ Bini ta’ Toroq Residenzjali 2006-2008 mhux biss minħabba li l-kundizzjoni ta’ din it-triq iddeterjorat fl-aħħar snin. |
| “Dawret | it-Torri hija parti mir-ring road li ddawwar ir-raħal ta’ Santa Luċija. B’konsegwenza t’hekk, il-parti l-kbira tat-traffiku destinat għal Santa Luċija li jkun ġej min-nofsinhar ta’ Malta jgħaddi minn din it-triq. Dan it-traffiku jinkludi wkoll bosta vetturi tqal. Dan, kif ukoll in-nuqqas ta’ manutenzjoni adegwata wasslet għal deterjorazzjoni qawwija fil-wiċċ u l-pedament tat-triq,” qal il-Ministru. |
| “Dawret | it-Torri hija għalhekk waħda mill-madwar 50 triq residenzjali traffikużi li ddaħħlu fil-Programm tal-Gvern għax għandhom bżonn jinbnew mill-ġdid.” |
| Il-Ministru | Mugliett spjega li l-proġett tat-titjib ta’ Dawret it-Torri mhux ser itejjeb il-ħajja tar-residenti li joqgħodu matul din it-triq biss, iżda ser ikun ta’ fejda għar-residenti ta’ Santa Luċija kollha. |
| “Ix-xogħlijiet li qed ngħamlu f’din it-triq jinkludu wkoll | it-titjib tal-bankina faċċata tad-djar, li ilha żdingata għal snin twal. Dan il-proġett għalhekk ser itawwal il-promenade li nbniet mill-Gvern Ċentrali ftit tas-snin ilu fi Triq il-Prinjol biex din tieħu minn tarf sa tarf tar-raħal. B’hekk Santa Luċija ser ikun l-iktar raħal mgħammar għall-passiġġati u jogging fin-nofsinhar ta’ Malta bi promenade ta’ 800 metru u jogging trail ta’ kilometru ftit bogħod minn xulxin,” tenna l-Ministru. |
| Ix-xogħol fuq | Dawret it-Torri qed isir bħala parti minn period contract li kien iffirmat fi tmiem is-sena li għaddiet. Dan, flimkien mal-bini ta’ Vjal l-Oleandri ser jiġu jiswew Lm67,000 (€156,068). Dan il-lot kien parti mill-madwar Lm1.2 miljuni (madwar €2.8 miljuni) f’xogħlijiet li kienu nħarġu f’daqqa. |
| Fl-2006 kienu | nbnew ukoll Post il-Gladjoli u Triq it-Tulipani bi spiża ta’ Lm20,000 (€46,587). Dawn jiżdiedu ma’ Triq Stefanotis, parti minn Triq in-Narċis u parti minn Triq Katerina Vitale li kienu nbnew fis-sena 2005 bi spiża ta’ madwar Lm29,000 (€67,500). Il-Gvern Centrali dan l-aħħar ħadem ukoll fit-toroq rurali ta’ Santa Luċija bit-titjib ta’ Sqaq Garnaw li jintuża minn bosta bdiewa li għandhom għelieqi f’din iż-żona. |
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959