L-ONOR HELEN D’AMATO TIEĦU SEHEM FL-LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TA’ L-EU DWAR TEMI SOĊJALI
PR0259
23/02/2007
| Il-bieraħ fi | Brussell iltaqa’ l-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Impjiegi u l-Politika Soċjali fejn matulu ġew diskussi diversi temi soċjali li ser ikunu parti mill-aġenda tal-Kunsill Ewropew li se jiltaqa’ aktar tard ix-xahar d-dieħel u li fih jipparteċipaw il-kapijiet ta` l-Istati Membri. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Helen D’Amato pparteċipat f’dan il-Kunsill fejn hija tkellmet dwar żewġ temi prinċipali li kienu jinkludu l-bidliet fix-xejriet demografiċi u temi li joħorġu mill-proċess ta’ Lisbona. |
| L-Onor D’Amato | saħqet fuq l-importanza tal-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar, speċjalment fost it-tfal, kif ukoll il-ħtieġa ta’ pensjonijiet li huma adegwati u sostenibbli. F’dan il-kuntest hija saħqet ukoll dwar il-fatt li l-ogħti tas-servizzi tas-saħħa u l-kura fit-tul għandhom ikunu ggwidati mill-ħsieb ta’ solidarjeta` soċjali u mhux fuq il-prinċipju tas-suq ħieles u ta’ kompetizzjoni. Fl-istess waqt għandu jkun assigurat li dawn is-servizzi għandhom ikunu aċċessibbli, adegwati u sostenibbli. Dan kollu jiddependi u jista’ jintlaħaq jekk il-pajjiżi jagħrfu joħolqu bilanċ bejn l-oqsma soċjali u l-oqsma ekonomiċi li jridu jkunu kompetittivi f’dinja globalizzata. |
| Dwar | it-tibdil fix-xejriet demografiċi hija saħqet li l-ewwel u qabel kollox dawn il-bidliet għandhom jitqiesu bħala opportunita` u mhux bħala piż. Huma diversi l-bidliet li qed iseħħu, fosthom id-daqs tal-familja, it-tnaqqis fir-rati ta’ fertilita` u l-fatt li n-nies qed jgħixu aktar fit-tul. Dan qed iwassal biex il-popolazjoni tkun waħda aktar anzjana u qed tħalli effett fuq l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tas-soċjeta`. L-Onor D’Amato ħeġġet li d-diskussjoni dwar din it-tema, hekk importanti u sensittiva, għandna nħarsu lejha b’mod mill-aktar wiesgħa imma fl-istess ħin b’mod ħolistiku u ko-ordinat. |
| Fid-dibattitu | hija rreferiet ukoll għall-effetti li l-immigrazzjoni qed tħalli, b’mod partikolari, fuq il-pajjiżi tal-Mediterran. |
| L-Onor D’Amato | wasslet ukoll l-appoġg ta’ Malta għall-proposta tal-Presidenza Ġermaniża għat-twaqqif ta’ Alleanza Ewropea għall-Familji. Hija enfasizzat l-importanza tat-tisħiħ tal-familja u l-qsim ta’ l-idejat u ta’ prattiċi tajbin dwar politika favur il-familja. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959