Left arrow Mur Lura

Logo għall-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti

PR0257
Date Icon 22/02/2007
Ir-ristrutturazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti,li bdiet isseħħ fl-ewwel xhur tal-2006 diġa’ tat riżultati meta kien organizzat il-Festival ta’ l-Arti ta’ Malta 2006, Notte Bianca 2006, żewġ workshops flimkien ma’ diskussjoni l-ArtsCafe u l-ArtSkills u issa bit-tnedija tal-logo tal-Kunsill.
Fl-2006 tħabbar li kien serisir dan il-logo l-ġdid u ġew mistiedna espressjonijiet artistiċi li jesprimu l-missjoni tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti li jippromwovi l-arti u l-kultura Maltija fil-forom kollha tagħhom, f’Malta u barra minn Malta. It-tweġiba kienet waħda nkoraġġanti iżda ebda waħda ma kienet tilħaq il-livell mixtieq.
Il-Kunsill għalhekkikkummissjona lid-disinjatur artistiku Malti Aldo Gatt li jgħix barra.  Dan għamel diversi proposti u l-Kunsill għażel is-simbolu tal-mitħna tar-riħ li tirrappreżenta l-enerġija, kreattivita’, innovazzjoni, kontinwita’ u li hi direttament relatata ma’ l-iżvilupp ekonomiku Malti tul il-mijiet ta’ snin billi tipprovdi l-ilma. Il-mitħna tar-riħ hi wkoll ġugarell popolari li għal għexieren ta’ snin  kienet popolari mat-tfal tagħna.
Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura Francis Zammit Dimech meta nieda dan il-logo qal li l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti għamel progress kbir minn  mindu twaqqaf u rnexxielu jagħti dimensjoni ġdida sew lill-kultura kif ukoll lill-arti f’pajjiżna. Hu qal li l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti hu responsabbli għal dak kollu li għandu x’jaqsam mal-kultura u l-arti. Hu qal li dan ma’ baqax fuq dak li sab iżda ħa inizjattivi mportanti ġodda li taw riżultati mill-aqwa.
Il-Ministru Zammit Dimechfakkar li s-sena li għaddiet il-Kunsill organizza l-ewwel Festival ta’ l-Arti f’Malta b’sensiela ta’ attivitajiet fil-belt Valletta li ġibdu lejn il-kapitali Maltija eluf ta’ nies. Hu qal li attivita’ popolari oħra kienet dik tan-Notte Bianca li attirat ’l fuq minn 70,000 persuna lejn il-belt u li mill-ewwel dehret li hi attivita’ popolari li ser tidħol fil-kalendarju ta’ attivitajiet ta’ Malta u li ser tittella’ wkoll f’Għawdex.
Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura qal li l-logo li kien qed imniedi kien jippersonifika l-kriterji kollha tal-politika tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti. Hu qal li l-Kunsill kien wieħed dinamiku u għalhekk minbarra li kien joħroġ b’inizjattivi ġodda kien lest jaħdem ma’ l-entitajiet kollha tal-Gvern u ma’ NGOs li huma lesti jippromwovu u jikkreaw żvilupp kulturali fil-forom kollha tiegħu.
Il-Ministru għat-Turżimu uKultura qal ukoll li l-kultura u l-arti kien parti esssenzjali mill-prodott turistiku Malti. Hu qal li hu kien jemmen li jekk ridna li pajjiżna jkollu n-niċeċ  turistiċi tiegħu ma setax ma’ jiżviluppax dejjem iżjed il-kultura u l-arti għaliex f’dawn iż-żewġ oqsma kellna ħafna x’noffru.
Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura rringrazzja lill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti għall-ħidma tagħhom u awguralhom aktar ħidma favur il-kultura u l-arti f’pajjiżna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow