Left arrow Go Back

Tisbiħ ta’ Ġnien Reggie Cilia fil-Mosta

PR0256
Date Icon 22/02/2007
It-tisbiħ ul-manutenzjoni taż-żoni pubbliċi huma responsabbilta' tal-Gvern Ċentrali kif ukoll ta’ dak lokali.  Huwa obbligu ta’ kull Kunsill li jsebbaħ il-lokalita' tiegħu.  Dan minnhu nnifsu jwassal biex l-iżvilupp infrastrutturali ta’ pajjiżna ikun wieħed sostenibbli u d-dehra tal-pajjiż tiġi mtejba f’kull aspett.  Il-Ministru Ninu Zammit qal dan meta kien qiegħed iżur xogħlijiet fi Ġnien Reggie Cilia fil-Mosta.
Ix-xogħlijietmwettqa qed isiru bi sħab mal-Kunsill Lokali tal-Mosta.  Dawn jinkludu pavimentar, installazzjoni ta’ sistema tad-dawl, tpoġġija ta’ garden furniture u lanscaping.  Wara li ġie maqlugħ il-wiċċ l-antik tal-passaġġi tal-ġnien ġew mgħoddija s-servizzi kollha u ingħatat sodda tal-konkos.  Sussegwentament beda t-tqegħid ta’ madwar 140 metru ta’ kurduna ġdida u  l-pavimentar b’madum griż u aħmar li jkopri area ta’ madwar 520 metru kwadru.
L-istess qedisir fil-bankina tal-madwar fejn qed jitpoġġew 520 metru kwadru oħra ta’ pavimentar.  Id-disinn magħżul joħloq simetrija mal-passaġġi u l-konfini tad-dawra tal-ġnien bil-għan li ż-żona pedonali tkun aktar viżibli u identifikata.  Wara li jitlesta’ l-pavimentar ser jiġu nsallati 25 lamp-post u jitwaħħlu 18-il bank flimkien ma’ diversi kontenituri ta’ l-iskart. Qed isir ukoll l-upgrading ta’ playground fixtures u l-installazzjoni ta’ rubber-flooring fl-istess area. Hu maħsub li x-xogħlijiet fuq dan il-ġnien jintemmu sa Marzu ta’ din is-sena.
Il-MinistruNinu Zammit kompla billi qal li dan il-proġett huwa wieħed minn sensiela ta’ proġetti u xogħlijiet oħra li saru fl-aħħar tlettt snin minn meta ġiet introdotta l-iskema tal-Joint Ventures mal-Kunsilli Lokali.  Il-Perit Zammit fakkar li din l-iskema għandha oġġettiv ewlieni li r-riżorsi umani u finanzjarji tat-Taqsima tax-Xogħlijiet jiġu wtilizzati fl-aħjar interess tal-poplu.
Fostix-xogħlijiet imwettqa bi sħab mal-Kunsilli Lokali insibu pavimentar ta’ bankini, bini ta’ Ċentri Lokali, bini ta’ uffiċini, restawr, kostruzzjoni ta’ ġonna pubbliċi u xogħlijiet oħra.  Il-valur totali ta’ pagi tal-ħaddiema investiti fl-aħħar tlett snin fuq dawn ix-xogħlijiet jammonta għal ‘l fuq minn Lm400,000 (€931,749.36) fejn il-Kunsilli ħallsu biss 30% ta’ dan il-valur jew ‘l fuq minn Lm100,000 (€232,937.34).  Dan ifisser li fuq ix-xogħlijiet li saru, l-Kunsilli nvoluti ffrankaw ‘l fuq minn Lm300,000 (€698,812.02) li ndirettament hu żieda addizzjonali fil-fond pubbliku allokat lilhom. Din il-politika' qed twassal biex filwaqt li l-fondi pubbliċi jintefqu b’mod għaqli, l-Kunsilli Lokali qed ikollhom aktar fondi finanzjarji li jkunu jistgħu  jinvestu f’ġid għal-Lokalita' tagħhom.
Il-Ministrutemm jgħid li din il-ħidma hija ngredjent ieħor fit-taħlita ta’ proġetti ta’ tisbiħ, restawr u xogħlijiet oħra essenzjali li l-Ministeru wettaq, qed iwettaq u ser ikompli jwettaq fix-xhur li ġejjin għall-ġid tal-poplu Malti u ta’ pajjiżna.


DOI - 22.02.2007

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow