“Kull negozju kbir beda minn wieħed żgħir” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo
PR0255
22/02/2007
| “Huwa ta’ sodisfazzjon | għalija li l-FOI bħala organizazzjoni qiegħda tiftaħ il-bibien tagħha għal sidien ta’ negozji żgħar. Dak li llum qiegħed jiġi mħabbar mill-FOI m’huwiex biss ċerimonja ta’ inawgurazzjoni ta’ sezzjoni ġdida fi ħdan l-FOI li ser tispeċjalizza fis-settur tas-self employed u sidien ta’ negozji żgħar, iżda huwa bidu ta’ impenn akbar favur settur ta’ negozji żgħar f’pajjiżna li huma magħrufa bħala micro enterprises (li jħaddmu sa disa’ persuni) u li f’pajjiżna ilaħħaq mas-96% tan-negozji kollha. In-negozji żgħar ta’ pajjiżna jħaddmu magħhom mat-terz tal-ħaddiema kollha li għandna li qegħdin jaħdmu bi qliegħ. |
| “Jiena nistenna mpenn akbar | sabiex f’pajjiżna tikber aktar l-attenzjoni lejn in-negozji żgħar. Dak li llum qed jitħabbar mill-FOI huwa sinjal li l-politika tal-Gvern f’dan il-qasam qed tħalli r-riżultati mixtieqa.” Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qal dan waqt attivita’ ta’ l-inawgurazzjoni ta’ sezzjoni fi ħdan l-FOI li ser tispeċjalizza aktar fuq il-ħtiġijiet tan-negozji ż-żghar. |
| Is-Segretarju Parlamentari | Edwin Vassallo qal ukoll li “l-Gvern, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, huwa impenjat li jara li jżomm konsultazzjoni wkoll fir-rigward tal-ħtiġijiet tas-sidien ta’ negozji żgħar. Din il-konsultazzjoni ġdida tilħaq il-milja tagħha bil-parteċipazzjoni ta’ l-għaqdiet tan-negozji, fosthom ta’ l-FOI, li jagħmlu parti mill-Forum għall-Imprenditorija mwaqqaf mill-istess Segretarjat u li fassal ukoll il-pjan ta’ ħidma “Miftuħa għan-Negozju” li qed jiġi mplimentat bħalissa. Flimkien mal-FOI, sħab fil-Forum hemm il-GRTU, il-Kamra tal-Kummerċ, l-MEA, l-MHRA u l-Malta Institute of Management. |
| “Il-Gvern irid li f’pajjiżna | jkollna kollaborazzjoni akbar fl-attenzjoni li lkoll neħtieġu, li nagħtu lil min qiegħed jinvesti fil-ħila tiegħu permezz tan-negozju tiegħu. Wieħed irid jiftakar li kull negozju kbir li jeżisti kien negozju żgħir. Huwa ta’ inkoraġġiment li wieħed jara kif il-Gvern qiegħed ikompli jinvesti f’negozji ġodda nnovattivi li qegħdin jidħlu fil-Korradino Business Incubation Centre (KBIC). Il-KBIC huwa storja ta’ suċċess għaliex qiegħed ikun hemm turn-over tajjeb ta’ negozji ġodda li jiżviluppaw l-operat tagħhom permezz ta’ dan l-incubation centre u l-assistenza mogħtija. |
| “Kellna 15-il kumpanija li | ħarġet mill-KBIC u bħalissa hemm 19-il kumpanija oħra li qegħdin joperaw minn hemm u li bejniethom iħaddmu 106 impjegat. Hemm tliet kumpaniji oħra li qegħdin taħt l-iskema Outreach, li jingħataw il-benefiċċji kollha tal-KBIC minkejja li ma joperawx minn hemm fiżikament. Dan huwa Gvern li jimpurtah jara lil min huwa żgħir fin-negozju jħossu komdu jaħdem u jikber fl-inizjattiva kummerċjali tiegħu,” temm jgħid l-Onor. Vassallo. |
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959