STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT dwar il-Kumitat ORNIS
PR0254
22/02/2007
| Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George | Pullicino ħatar lis-Sur Louis Cilia bħala ċ-Chairman il-ġdid tal-Kumitat ORNIS. |
| Il-ħatra | tas-Sur Cilia saret wara li l-Ministru George Pullicino rċieva ittra ta’ riżenja mingħand l-Avukat Tonio Azzopardi ‘minħabba raġunijiet personali’ (kopja annessa). Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino talbu biex jerġa jikkunsidra d-deċiżjoni. Filwaqt li rringrazzja lill-Ministru Pullicino tal-fiduċja murija fih, Dr Azzopardi kkonferma li d-deċiżjoni tiegħu hija finali. |
| Is-Sur | Cilia għandu karriera twila fis-servizz pubbliku li kienet tinkludi l-kariga ta’ Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Intern, fil-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni u fil-Ministeru tal-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni. |
| Is-Sur | Cilia serva wkoll bħala Direttur Ġenerali fil-Ministeru ta’ l-Intern u kien Aġent Direttur tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin. Bejn l-1993 u l-1995 is-Sur Cilia kien Chairman tal-Kumitat tal-Gvern dwar il-European Social Charter tal-Kunsill ta’ l-Ewropa. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959