Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT dwar il-Kumitat ORNIS

PR0254
Date Icon 22/02/2007
Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent GeorgePullicino ħatar lis-Sur Louis Cilia bħala ċ-Chairman il-ġdid tal-Kumitat ORNIS.
Il-ħatratas-Sur Cilia saret wara li l-Ministru George Pullicino rċieva ittra ta’ riżenja mingħand l-Avukat Tonio Azzopardi ‘minħabba raġunijiet personali’ (kopja annessa).  Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino talbu biex jerġa jikkunsidra d-deċiżjoni.  Filwaqt li rringrazzja lill-Ministru Pullicino tal-fiduċja murija fih, Dr Azzopardi kkonferma li d-deċiżjoni tiegħu hija finali.
Is-SurCilia għandu karriera twila fis-servizz pubbliku li kienet tinkludi l-kariga ta’ Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Intern, fil-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni u fil-Ministeru tal-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni.
Is-SurCilia serva wkoll bħala Direttur Ġenerali fil-Ministeru ta’ l-Intern u kien Aġent Direttur tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.  Bejn l-1993 u l-1995 is-Sur Cilia kien Chairman tal-Kumitat tal-Gvern dwar il-European Social Charter tal-Kunsill ta’ l-Ewropa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow