STQARRIJA KUMMISSJONI NAZZJONALI FOLKLOR
PR0253
22/02/2007
| Il-Kummissjoni Nazzjonali Folklor, fi ħdan il-Ministeru | għat-Turiżmu u Kultura, filwaqt li tifraħ lill-parteċipanti tal-Karnival ta’ Malta 2007, għall-għajnuna tagħhom u s-sehem utli li taw biex sar Karnival fost l-aħjar li kellna fl-aħħar snin, tikkundanna bil-qawwa kollha l-inċidenti li seħħew matul il-jum li tħabbru r-riżultati. |
| Il-Kummissjoni | temmen li inċidenti bħal dawn jtappnu l-ispettaklu li taw il-parteċipanti stess u ma jagħmlux ġieħ lill-attivitajiet ġenerali tal-Karnival. |
| Il-Kummissjoni | tixtieq tirringrazzja lill-ġurija li ntagħżlet bil-kooperazzjoni u l-approvazzjoni ta’ l-Għaqda Parteċipanti, li wettqet dmirha bl-aktar mod korrett, u tirringrazzja wkoll lill-Għaqda Parteċipanti Karnival u lil kull min ta s-sehem ġenwin tiegħu biex l-attivitajiet tal-Karnival jikbru fil-kwalità u l-ispettaklu. |
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959