Left arrow Mur Lura

STUDENTI TA’ L-MCAST JIEĦDU L-ISTIPENDJU

PR0250
Date Icon 22/02/2007
Wara intervent tal-Ministruta’ l-Edukazzjoni Louis Galea numru ta’ studenti ta’ l-MCAST ser jingħataw l-istipendju bl-arretrati minn Ottubru 2006. Dawn l-istudenti kienu bdew il-kors fl-MCAST iżda ma ngħatawtx għotja ta’ manteniment billi kien hemm dubbju hux qed jirrepetu l-istess livell.  Il-Ministru Louis Galea talab lill-Bord ta’ l-Għotjiet ta’ Manteniment għall-Istudenti (Students Maintenance Grants’ Board) jeżamina mill-ġdid kull applikazzjoni ta’ dawn l-istudenti.  Fejn instab li l-istudenti kienu qed jirrepetu l-istess kors għax ikunu weħlu fis-sena ta’ qabel dawn inżammilhom l-istipendju skond ir-regolamenti.  Iżda l-istudenti li bdew kors ġdid fl-MCAST ingħataw l-istipendju b’effett mill-bidu tas-sena akkademika, jiġifieri Ottubru 2006.  Il-Bord kien diġa’ ta l-Ismart Card b’Lm 100 (€ 232.94) fiha lil dawn l-istudenti meta daħlu għall-kors.
Il-Bord ikkonsidra l-każijietkollha u aċċetta aktar minn 450 talba minn studenti li qed isegwu korsijiet fl-MCAST, fil-Giovanni Curmi Higher Secondary u fil-Junior College.  Dawn l-istudenti qed jiġu infurmati bid-deċiżjoni u se jirċievu l-ammont dovut ma’ l-istipendju li jirċievu f’Marzu inkluż l-arretrati.
Il-Minsitruta’ l-Edukazzjoni Louis Galea qal li filwaqt li l-Gvern ma jridx li jkun hawn abbuż mis-sistema ta’ l-għotjiet ta’ manteniment irid ikompli jħeġġeġ liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ikomplu jistudjaw.  Hu qal li meta beda jirċievi l-ilmenti, sew mill-istudenti kif ukoll b’mistoqsijiet parlamentari, ra li kien hemm każijiet ġenwini li kellhom jiġu eżaminati mill-Bord.
LouisGalea qal li l-Gvern il-ħin kollu jaħdem biex ikattar l-opportunitajiet ta’ studju u taħriġ għall-istudenti.  Hu fakkar kif f’din is-sena akkademika hu flimkien mal-Ministru Austin Gatt għamlu ftehim bejn l-MCAST u s-settur privat biex l-istudenti kollha li applikaw biex jidħlu fil-korsijiet li joffri l-Istitut tat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u Komunikazzjoni (ICT) ta’ l-MCAST jiġu offruti l-kors meħtieġ f’dan il-qasam.  Biex dan seta jseħħ il-Gvern kellu jħallas lill-privat għas-servizz tagħhom iżda kellu wkoll jara li jkun hemm l-istipendji meħtieġa għal dawn l-istudenti.  Fil-budget għal din is-sena l-Gvern alloka aktar minn Lm 8 miljun (€ 18.6 m) għall-għotjiet ta’ manteniment.  Fil-livell post-sekondaju jingħataw madwar Lm 4 m (€ 9.3 m).
Il-Ministruqal li l-politika tal-Gvern hi waħda li qed tagħti l-frott u li wasslet biex l-ammont ta’ studenti fil-livell post-sekondarju u terzjarju żdied b’mod qawwi fis-snin li għaddew.  Hu qal li meta wieħed iqabbel ma’ 10 snin ilu jsib li filwaqt li fl-1996 kien hemm 10,000 student fis-settur post-sekondarju u terzjarju, illum dik il-figura irduppjat għal aktar minn 20,000 student f’dan is-settur.  Hu semma wkoll kif l-ammont ta’ studenti li qed ikomplu jistudjaw qed jiżdied sena wara l-oħra u bħalissa 7 minn kull 10 studenti qed ikomplu jistudjaw wara li jagħlqu s-16 il-sena u ħafna minnhom ikomplu fl-istudju u fit-taħriġ anke sa ma jkollhom 22 sena.  Il-Ministru Galea qal li l-MCAST kien kruċjali f’dan l-iżvilupp u minn mindu fetaħ kompla jikber u jinfirex f’aktar suġġetti u livelli biex minn ftit aktar minn 1,500 student meta fetaħ illum għandu aktar minn 4,000 student full-time u 5,000 student ieħor part-time.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow