STUDENTI TA’ L-MCAST JIEĦDU L-ISTIPENDJU
PR0250
22/02/2007
| Wara intervent tal-Ministru | ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea numru ta’ studenti ta’ l-MCAST ser jingħataw l-istipendju bl-arretrati minn Ottubru 2006. Dawn l-istudenti kienu bdew il-kors fl-MCAST iżda ma ngħatawtx għotja ta’ manteniment billi kien hemm dubbju hux qed jirrepetu l-istess livell. Il-Ministru Louis Galea talab lill-Bord ta’ l-Għotjiet ta’ Manteniment għall-Istudenti (Students Maintenance Grants’ Board) jeżamina mill-ġdid kull applikazzjoni ta’ dawn l-istudenti. Fejn instab li l-istudenti kienu qed jirrepetu l-istess kors għax ikunu weħlu fis-sena ta’ qabel dawn inżammilhom l-istipendju skond ir-regolamenti. Iżda l-istudenti li bdew kors ġdid fl-MCAST ingħataw l-istipendju b’effett mill-bidu tas-sena akkademika, jiġifieri Ottubru 2006. Il-Bord kien diġa’ ta l-Ismart Card b’Lm 100 (€ 232.94) fiha lil dawn l-istudenti meta daħlu għall-kors. |
| Il-Bord ikkonsidra l-każijiet | kollha u aċċetta aktar minn 450 talba minn studenti li qed isegwu korsijiet fl-MCAST, fil-Giovanni Curmi Higher Secondary u fil-Junior College. Dawn l-istudenti qed jiġu infurmati bid-deċiżjoni u se jirċievu l-ammont dovut ma’ l-istipendju li jirċievu f’Marzu inkluż l-arretrati. |
| Il-Minsitru | ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea qal li filwaqt li l-Gvern ma jridx li jkun hawn abbuż mis-sistema ta’ l-għotjiet ta’ manteniment irid ikompli jħeġġeġ liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ikomplu jistudjaw. Hu qal li meta beda jirċievi l-ilmenti, sew mill-istudenti kif ukoll b’mistoqsijiet parlamentari, ra li kien hemm każijiet ġenwini li kellhom jiġu eżaminati mill-Bord. |
| Louis | Galea qal li l-Gvern il-ħin kollu jaħdem biex ikattar l-opportunitajiet ta’ studju u taħriġ għall-istudenti. Hu fakkar kif f’din is-sena akkademika hu flimkien mal-Ministru Austin Gatt għamlu ftehim bejn l-MCAST u s-settur privat biex l-istudenti kollha li applikaw biex jidħlu fil-korsijiet li joffri l-Istitut tat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u Komunikazzjoni (ICT) ta’ l-MCAST jiġu offruti l-kors meħtieġ f’dan il-qasam. Biex dan seta jseħħ il-Gvern kellu jħallas lill-privat għas-servizz tagħhom iżda kellu wkoll jara li jkun hemm l-istipendji meħtieġa għal dawn l-istudenti. Fil-budget għal din is-sena l-Gvern alloka aktar minn Lm 8 miljun (€ 18.6 m) għall-għotjiet ta’ manteniment. Fil-livell post-sekondaju jingħataw madwar Lm 4 m (€ 9.3 m). |
| Il-Ministru | qal li l-politika tal-Gvern hi waħda li qed tagħti l-frott u li wasslet biex l-ammont ta’ studenti fil-livell post-sekondarju u terzjarju żdied b’mod qawwi fis-snin li għaddew. Hu qal li meta wieħed iqabbel ma’ 10 snin ilu jsib li filwaqt li fl-1996 kien hemm 10,000 student fis-settur post-sekondarju u terzjarju, illum dik il-figura irduppjat għal aktar minn 20,000 student f’dan is-settur. Hu semma wkoll kif l-ammont ta’ studenti li qed ikomplu jistudjaw qed jiżdied sena wara l-oħra u bħalissa 7 minn kull 10 studenti qed ikomplu jistudjaw wara li jagħlqu s-16 il-sena u ħafna minnhom ikomplu fl-istudju u fit-taħriġ anke sa ma jkollhom 22 sena. Il-Ministru Galea qal li l-MCAST kien kruċjali f’dan l-iżvilupp u minn mindu fetaħ kompla jikber u jinfirex f’aktar suġġetti u livelli biex minn ftit aktar minn 1,500 student meta fetaħ illum għandu aktar minn 4,000 student full-time u 5,000 student ieħor part-time. |
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959