XOGĦLIJIET FIĊ-ĊENTRU GĦALL-IŻVILUPP TA’ L-ARTIĠJANAT RESQIN LEJN IL-FAŻI FINALI
PR0249
22/02/2007
| L-ewwel | Ċentru għall-Iżvilupp ta’ l-Artiġjanat li qed jinbena f’Għawdex, u li huwa parti minn proġett ko-finanzjat taħt il-Programm ta’ Fondi Strutturali għal Malta 2004-2006, b’mod speċifiku taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, daħal fit-tieni fażi tax-xogħlijiet hekk kif ix-xogħol kollu ta’ kostruzzjoni ntemm fil-jiem li għaddew. |
| Dan | il-proġett tal-Ministeru għal Għawdex jipprovdi opportunità oħra lill-artiġjani Għawdxin billi joffrilhom għaxar workshops li jkunu jistgħu jagħmlu użu minnhom hekk kif jibdew l-attività artiġjanali tagħhom. Il-proġett jinkludi wkoll l-użu ta’ tagħmir speċjalizzat u faċilitajiet moderni oħra, li jinsabu fiċ-Ċentru Għawdxi ta’ l-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri. |
| Iċ-Ċentru | ġdid għall-Iżvilupp ta’ l-Artiġjanat jagħmel parti minn proġett aktar wiesa’ li jinkorpora fih estensjoni tal-bini eżistenti taċ-Ċentru Għawdxi ta’ l-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri f’ Għajnsielem, li jinvolvi l-investiment ta’ Lm372,465 jew madwar €865,000. Iċ-Ċentru issa ser ikollu uffiċini ġodda, spazju konsiderevoli biex jintuża għal wirjiet, sala tal-konferenzi kif ukoll ħames workshops speċjalizzati li lkoll ser jiġu mgħammra b’tagħmir ġdid u modern għall-benefiċċju ta’ l-istudenti li jipparteċipaw fid-diversi korsijiet ta’ arti u snajja’ f’dan iċ-Ċentru. |
| Waqt żjara li | għamlet fuq il-post, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, qalet li wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-Ministeru għal Għawdex huwa li jkattar żvilupp li jwassal għall-ġenerazzjoni ta’ iżjed opportunitajiet ta’ xogħol fil-gżira t’Għawdex. It-twettiq ta’ dan il-proġett mhux biss jipprovdi faċilitajiet aħjar għat-tagħlim u x-xogħol għall-artiġjana lokali li jixtiequ jibdew karriera sostenibbli f’dan il-qasam, imma jservi wkoll ta’ inkoraġġiment biex aktar nies tas-sengħa jkunu mħajra jiftħu attività għal rashom f’dan il-qasam, u b’hekk jikkontribwixxu dejjem iktar fl-ekonomija ta’ Għawdex. |
| Il-Ministru | Debono qalet ukoll li s-settur ta’ l-artiġjanat jibqa’ jiġi kkunsidrat bħala wieħed importanti għal Għawdex. Il-Gvern identifika dan il-qasam bħala wieħed li għandu potenzjal għal aktar żvilupp, mhux biss minħabba l-impatt dirett li jista’ jkollu fuq il-ħolqien tax-xogħol f’Għawdex iżda wkoll għall-kontribut tiegħu fit-titjib tal-prodott turistiku li toffri din il-gżira. |
| Il-Ministru | Debono rreferiet għaż-żieda sostanzjali fl-opportunitajiet ta’ taħriġ f’dan il-qasam f’Għawdex biċ-Ċentru Għawdxi ta’ l-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri jżid il-korsijiet li joffri minn tlieta fl-1989 għal erbgħa u erbgħin kors li qed jiġu offruti bħalissa lil numru totali ta’ 1289 student ta’ kull età. Dawn il-korsijiet jinkludu ħdax-il kors ko-finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew. Il-Ministru Debono tkellmet ukoll dwar l-investiment ta’ Lm70,000 oħra, (madwar €163,056.14) mill-Gvern f’dan il-qasam f’Għawdex bix-xogħol ta’ modernizzar fil-kumpless tas-Snajja’ f’Ta’ Dbieġi li ġie finalizzat lejn tmiem is-sena li għaddiet. |
| Minbarra | l-proġett tal-bini taċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta’ l-Artiġjanat u ta’ l-estensjoni taċ-Ċentru Għawdxi ta’ l-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri, bħalissa għaddej xogħol fuq proġett ieħor simili tal-Ministeru għal Għawdex immirat li jtejjeb l-opportunitajiet fit-taħriġ u l-kwalità tar-riżorsi umani f’Għawdex. Dan il-proġett jikkonsisti fil-bini ta’ Ċentru ġdid ta’ l-istudji Turistiċi fil-Qala, li hu wkoll ko-finanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Gvern Malti. Il-Gvern qed joffri wkoll numru ta’ korsijiet u skemi li minnhom ser ikunu bbenefikaw ’l fuq minn sitt mitt Għawdxi minn 16-il sena ’l fuq sa l-aħħar ta’ din is-sena. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959