DISKORS TAL-VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN L-ONOR. TONIO BORG, WAQT IL-PASSING OUT PARADE TA’ KUNTISTABBLI ĠODDA – AKKADEMIJA TAL-PULIZIJA, VALLETTA – IL-ĦAMIS, 22 FRAR 2007
PR0248
22/02/2007
| Huwa ta’ sodisfazzjon għalija li nerġa’ | nindirizza grupp ieħor ta’ żgħazagħ li għazlu li jidħlu jiffurmaw parti mill-familja tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. |
| Dak li attendejtu intom kien is-27 kors | organizzat mill-Akkademja tal-Pulizija minn mindu twaqqfet fl-1988. L-Akkademja għandha l-għan li mhux biss tħarreġ rekluti ġodda iżda li tkompli tagħti taħrig lil min hu diġà fil-Korp. Dan biex il-membri tal-Korp tal-Pulizija jibqgħu dejjem aġġornati u mħarrġa dejjem aħjar fil-ġlieda tagħhom kontra l-kriminalità f’pajjiżna. |
| Persważ li minn dan il-kors tgħallimtu | ħafna u issa tinsabu ppreparati għal dak li ser tiltaqgħu miegħu fit-twettieq ta’ dmirijietkom. Taħsbux li tgħallimtu kollox. Naf li smajtu dwar liġijiet u regolamenti. Biss tridu tikbru bl-esperjenza. |
| Minn mindu ħadtu l-ġurament bħala | uffiċjali tal-pulizija intom għandkom poter ikbar mill-President ta’ Malta, ikbar mill-Prim Ministru u iktar minni bħala l-Ministru responsabbli mill-Pulizija. Intom ser tkunu tistgħu tarrestaw persuni. Dan il-poter għandkom tużawh b’reqqa kbira u b’responsabbiltà ikbar. Intom ghandkom id-dmir li tħarsu liċ-ċittadin. Intom tridu tiddefendu lill-pubbliku mill-kriminali. Barra poteri għandkom ukoll dmirijiet. Intom għandkom id-dover li tapplikaw il-liġi mingħajr biża u mingħajr favuri, kif ħliftu fil-ġurament li għadkom kif ħadtu. Għandkom twettqu il-missjoni tagħkom b’serjetà mingħajr ma tħarsu lejn wiċċ ħadd. |
| Sal-lum kull stħarriġ pubbliku li sar | wera li l-maġġoranza kbira tal-pubbliku Malti għandu fiduċja fil-Pulizija. Dan il-fatt għandkom iżżommuh f’moħħkom u tistinkaw biex din il-fiduċja mhux biss tinżamm iżda tikber. Il-Gvern ma qgħadx lura biex isaħħaħ idejn il-Pulizija fil-ġlieda tagħha biex tipproteġi liċ-ċittadin u tiġġieled il-kriminalità. Minbarra investiment qawwi f’vetturi, bini u apparat li jgħinu fil-qadi tad-dmirijiet tal-Pulizija, il-Gvern, permezz ta’ emendi fil-Kodiċi Kriminali saħħaħ idejn il-Pulizija fil-ġlieda kontra l-kriminali. Riżultat ta’ dan diġà kellna. Is-sena li għaddiet il-kriminalità naqset u intom fid-dmir li din, fejn hu possibbli, tkompli tonqos. |
| Il-karriera li ser tibdew illum mhux | xi waħda faċli, anzi. Ser tħabbtu wiċċkom ma’ ħafna problemi. Illum il-kriminalità moderna, mgħejjuna minn teknoloġiji ġodda, titlob rispons sod minn naħa tal-Forzi ta’ l-Ordni, l-iktar li llum qed inħabbtu wiċċna ma’ tip ta’ kriminalità internazzjonali li titlob koperazzjoni bejn pajjiżi biex inkunu lesti għall-isfidi li ma jonqsu qatt. |
| Biss il-karriera ta’ pulizija fiha | ukoll ħafna sodisfazzjon. Sodisfazzjon li intom ser tkunu it-tarka taċ-ċittadin biex tiżguraw li aħna lkoll inkunu nistgħu ngħixu f’komunità iktar sigura fejn iċ-ċittadini, anzjani, adulti, żgħażagh u tfal ikunu jistgħu jgħixu b’iktar serħan tal-moħħ. |
Nawguralkom minn qalbi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959