Left arrow Mur Lura

SILTIET MID-DISKORS TAL-VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN L-ONOR. TONIO BORG FL-OKKAŻJONI TAL-PREŻENTAZZJONI TA’ ŻEWĠ MUTURI MILL-KUNSILL LOKALI TA’ SAN PAWL IL-BAĦAR LILL-KORP TAL-PULIZIJA – QAWRA – L-ERBGĦA, 21 FRAR 2007

PR0246
Date Icon 22/02/2007
Huwa ta’ pjaċir kbir għalijali nindirizza okkażjoni bħal din li tixhed b’mod ċar kif il-Gvern Ċentrali u dak Lokali jistgħu jaħdmu flimkien.
Nixtieq nibda billi qabelxejn nirringrazzja lill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar immexxi mis-Sindku Pawlu Bugeja tal-ġest li qed jagħmel illum.  Il-muturi li qed jingħataw b’donazzjoni se jintużaw mill-Pulizija għar-rondi f’dan il-lokal.
Tal-lum hijawkoll turija ta’ l-impenn fundamentali li għandu l-Gvern Lokali biex jikkonserva l-enerġija u jħares l-ambjent. Lil hinn mill-fatt li l-muturi li ngħataw jaħdmu bil-batterija u ma jużawx fuel tradizzjonali, nieħu gost nara wkoll il-miżuri l-oħra li qed jimplimenta l-Kunsill sabiex juża sorsi alternattivi ta’ enerġija fl-użu tal-bini tal-Kunsill.
Naf li hemmKunsilli oħra li qed jaħsbu fuq l-istess linji u nieħu din l-opportunita` biex inħeġġeg lil Kunsilli l-oħra biex jimplimentaw akar miżuri ta’ dan it-tip.  Kull Kunsill jista’ jservi ta’ katalista biex ir-residenti tal-lokalitajiet rispettivi jkunu aktar konxji ta’ l-importanza ta’ l-użu ta’ enerġija alternattiva.
Nista’ ngħid ukoll libħalissa għaddejin taħdidiet kemm mal-Kunsilli Lokali kif ukoll ma’ Ministeri oħra biex infasslu skemi ġodda li jgħinu u jirrikonoxxu l-inizjattivi ambjentali li jkun qed jittieħdu mill-Kunsilli Lokali.  Dawn l-inizjattivi jistgħu jinkludu l-effiċjenza fl-użu ta’ l-energija, l-użu ta’ sorsi riċiklabbli ta’ l-enerġija u l-immaniggjar ta’ l-iskart.
Nagħlaq billi ntennil-impenn u l-appoġġ tal-Gvern lill-Kunsilli fil-ħidma tagħhom fl-aħjar interess tal-lokalitajiet tagħna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow