Left arrow Mur Lura

“Il-Kompetizzjoni lokali nibnuha jekk nibdew inħajjru kuntratti ta’ xogħol mill-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

PR0242
Date Icon 21/02/2007
“Jekk għandnasettur ta’ industrija f’pajjiżna li investa bil-kbir, huwa s-settur tal-printing.  Kull min kien armat f’dan is-settur biex ikun jista’ jikkompeti kabbar u investa.  F’din l-industrija illum għandna fost l-aktar makkinarju innovattiv fil-pajjiżi tar-reġjun tal-Mediterran u biex issa l-investiment li sar, u li qed kontinwament ikompli jsir, jirrendi profitt, jeħtieġ li dawn l-ażjendi jkollhom aktar ordinjiet dieħlin.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kien qiegħed jitkellem fil-ftuħ tal-konferenza annwali organizzata mill-Malta Printing Industry Association.  It-tema ta’ din il-konferenza kien Technological Developments in the Printing Industry.  Planning the Way Forward.
Is-Segretarju Parlamentari EdwinVassallo kompla jgħid li “jien nixtieq li llum din il-konferenza tkun mument ta’ konsultazzjoni fejn ilkoll naraw mid-diversi esperjenzi tagħna kif nistgħu nġibu lejn pajjiżna aktar ordnijiet.  F’dan il-qasam aktar ordnijiet minn barra jfissru aktar investiment barrani.  Min jaf li kieku kellna nibdew inħarsu lejn il-kuntratti ta’ pubblikazzjonijiet ta’ l-istess Unjoni Ewropea?  Irridu nibdew naħsbu kif nistgħu nkunu aktar innovattivi biex inressqu lejn pajjiżna l-opportunita’ ta’ xogħol minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.
“Fl-imgħoddi, l-MaltaEnterprise kellha diversi inizjattivi li rnexxew biex ressqet lejn pajjiżna investiment barrani, issa bl-istess impenn ser naħdem biex naraw x’possibilitajiet hemm li niġbdu lejn dan is-settur il-possibilita ta’ rebħ ta’ kuntratti ta’ ordnijiet għal xogħol ta’ printing minn barra.
“Nifhem li jekkdan is-settur ma jkollux l-għajnuna biex ikabbar l-ordnijiet tiegħu ma jkunx settur li qed jaħdem bi profitt.  Is-suq lokali llum huwa żgħir għall-kapaċita’ tal-produttivita’ li dan is-settur issa għandu.”

“Jekk wieħed iħares lejn statistika dwar dan is-settur, jista’ jara kif dan is-settur hu wieħed li qiegħed kontinwament jikber, u li jimpjega aktar minn 1,600 persuna.  Hemm bżonn li nkomplu naħdmu biex dan is-settur ikompli jitjieb u jipprovdi aktar opportunitajiet ta’ xogħol.  Fl-1992, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll privat, dan is-settur kien jimpjega 1,546 persuna.  In-numru ta’ impjiegi kompla jiżdied, u fl-2004 kien hemm 1,619 persuna impjegata fis-settur[1].” 

Numru ta’ mpjegati full-time fis-settur tal-printing, publishing and reproduction of recorded media

Xahar

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow