“Il-Kompetizzjoni lokali nibnuha jekk nibdew inħajjru kuntratti ta’ xogħol mill-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo
PR0242
21/02/2007
| “Jekk għandna | settur ta’ industrija f’pajjiżna li investa bil-kbir, huwa s-settur tal-printing. Kull min kien armat f’dan is-settur biex ikun jista’ jikkompeti kabbar u investa. F’din l-industrija illum għandna fost l-aktar makkinarju innovattiv fil-pajjiżi tar-reġjun tal-Mediterran u biex issa l-investiment li sar, u li qed kontinwament ikompli jsir, jirrendi profitt, jeħtieġ li dawn l-ażjendi jkollhom aktar ordinjiet dieħlin.” Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kien qiegħed jitkellem fil-ftuħ tal-konferenza annwali organizzata mill-Malta Printing Industry Association. It-tema ta’ din il-konferenza kien Technological Developments in the Printing Industry. Planning the Way Forward. |
| Is-Segretarju Parlamentari Edwin | Vassallo kompla jgħid li “jien nixtieq li llum din il-konferenza tkun mument ta’ konsultazzjoni fejn ilkoll naraw mid-diversi esperjenzi tagħna kif nistgħu nġibu lejn pajjiżna aktar ordnijiet. F’dan il-qasam aktar ordnijiet minn barra jfissru aktar investiment barrani. Min jaf li kieku kellna nibdew inħarsu lejn il-kuntratti ta’ pubblikazzjonijiet ta’ l-istess Unjoni Ewropea? Irridu nibdew naħsbu kif nistgħu nkunu aktar innovattivi biex inressqu lejn pajjiżna l-opportunita’ ta’ xogħol minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. |
| “Fl-imgħoddi, l-Malta | Enterprise kellha diversi inizjattivi li rnexxew biex ressqet lejn pajjiżna investiment barrani, issa bl-istess impenn ser naħdem biex naraw x’possibilitajiet hemm li niġbdu lejn dan is-settur il-possibilita ta’ rebħ ta’ kuntratti ta’ ordnijiet għal xogħol ta’ printing minn barra. |
| “Nifhem li jekk | dan is-settur ma jkollux l-għajnuna biex ikabbar l-ordnijiet tiegħu ma jkunx settur li qed jaħdem bi profitt. Is-suq lokali llum huwa żgħir għall-kapaċita’ tal-produttivita’ li dan is-settur issa għandu.” |
“Jekk wieħed iħares lejn statistika dwar dan is-settur, jista’ jara kif dan is-settur hu wieħed li qiegħed kontinwament jikber, u li jimpjega aktar minn 1,600 persuna. Hemm bżonn li nkomplu naħdmu biex dan is-settur ikompli jitjieb u jipprovdi aktar opportunitajiet ta’ xogħol. Fl-1992, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll privat, dan is-settur kien jimpjega 1,546 persuna. In-numru ta’ impjiegi kompla jiżdied, u fl-2004 kien hemm 1,619 persuna impjegata fis-settur[1].”
Numru ta’ mpjegati full-time fis-settur tal-printing, publishing and reproduction of recorded media
Xahar |
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959