Tissokta l-aħħar fażi ta’ xogħlijiet fl-Iskola primarja Rosa Magro fix-Xewkija
PR0240
21/02/2007
| Permezz ta’ | investiment ta’ Lm130,000 li qiegħed isir mill-Ministeru għal Għawdex, l-Iskola primarja Rosa Magro fix-Xewkija qed tiġi modernizzata b’mod intensiv. |
| Waqt żjara li | għamlet f’din l-iskola aktar kmieni llum l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, faħħret ix-xogħlijiet li twettqu s’issa filwaqt li qalet li dan il-proġett huwa prova oħra ta’ kemm il-Ministeru għal Għawdex għandu għal qalbu t-tisħiħ kontinwu fis-settur edukattiv fil-gżira t’Għawdex. |
| Il-Ministru | Debono rreferiet għall-pjan tal-Ministeru għal Għawdex li jtejjeb l-iskejjel kollha t’Għawdex u li l-ħidma abbażi tiegħu bdiet fl-1999 mifruxa fuq ħdax-il skola primarja, żewġ skejjel sekondarji, skola post-sekondarja u erba’ skejjel speċjali. Sal-lum twaqqfu laboratorji ġodda tax-xjenzi u computer f’diversi skejjel, inbidlu l-faċilitajiet sanitarji u s-sistemi tad-dawl, ilma u drenaġġ, kif ukoll żdiedet l-aċċessibilita’ fl-iskejjel għal studenti bi bżonnijiet speċjali filwaqt li ngħatat dehra aħjar permezz ta’ xogħlijiet ta’ tisbiħ ġenerali li saru fil-parti l-kbira ta’ l-iskejjel f’Għawdex. |
| B’mod partikolari | dwar l-iskola primarja Rosa Magro fix-Xewkija l-Ministru Debono qalet li hawnhekk ingħatat attenzjoni diretta lejn is-sigurta’, il-kumdita’ u l-ħtiġijiet bażiċi ta’ l-istudenti, b’xogħlijiet ta’ tlestija fuq l-ewwel sular mistennija jaslu fi tmiemhom lejn l-aħħar t’April. |
| Il-Ministru | Debono qalet li l-klassijiet fl-ewwel sular tlestew u ilhom jintużaw mill-bidu tas-sena skolastika preżenti filwaqt li xogħlijiet oħra f’dan is-sular jinsabu fi stadju avvanzat. Xogħlijiet oħra li tlestew s’issa jinkludi l-installazjoni ta’ sistemi ta’ fire alarms u CCTV u t-twaħħil ta’ aperturi ta’ l-aluminium li naqqsu l-periklu u pprovdew kenn mill-kundizzjonijiet ħarxa tat-temp. Is-sistema ta’ l-elettriku fl-ewwel sular ġiet mibdula kumpletament flimkien mat-tibdil fil-faċilitajiet sanitarji. Xogħlijiet oħra f’din l-iskola jinkludu tibdil ta’ madum, tikħil u tibjid. |
| Bħalissa jinsabu | għaddejjin xogħlijiet oħra f’din l-iskola li jinkludu l-immodernizzar komplet tas-sala li jinvolvu t-tibdil tas-sistema tad-dawl ta’ fuq il-palk, titjib tal-faċilitajiet tal-palk u tas-sala b’mod ġenerali. Għaddej ukoll xogħol fuq is-sular t’isfel fejn qed jinbena ħajt ta’ lqugħ għall-ħamrija filwaqt li qed issir waterproofing membrane u xogħol ta’ damp proofing. Fil-klassijiet tas-sular ta’ fuq qed isir xogħol ta’ tisbiħ flimkien ma’ tibdil fil-faċilitajiet sanitarji u fis-sistema tad-dawl. Dan il-proġett jinkludi wkoll it-titjib tat-taqsima li tintuża mill-Kindergarten u tad-daħla prinċipali ta’ l-iskola flimkien mas-sezzjoni amministrattiva. |
| Il-proġett ta’ | modernizzar ta’ l-iskola primarja Rosa Magro fix-Xewkija ser jiġi segwit minn xogħlijiet ta’ modernizzar fit-technology workshops fl-iskola sekondarja tal-bniet Agius De Soldanis, l-installazjoni ta’ sistema ta’ dawl fuq il-palk u attrezzi oħra fl-iskola primarja Patri Mattew Sultana fix-Xagħra kif ukoll it-tibdil tal-faċilitajiet sanitarji ġewwa ċ-Ċentru għal Studji Avvanzati Sir Mikelanġ Refalo. Applikazzjonijiet relatati ma’ l-installazjoni ta’ lifts ġewwa l-iskola primarja tar-Rabat Sir Arturo Merċieċa, fl-iskola sekondarja tal-bniet Agius De Soldanis kif wkoll fiċ-Ċentru għal Studji Avvanzati Sir Mikelanġ Refalo diġa’ ġew sottomessi ma’ l-Awtorita’ Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Dawn il-lifts se jżidu l-aċċessibilita’ għall-istudenti b’diżabilita’. Riċentament għal din l-iskola ġew mixtrija għadd ta’ computers għal-laboratorju tal-computers kif ukoll ġiet installata sistema ġdida ta’ solar water heating. |
| Il-proġett | prinċipali fis-settur edukattiv ta’ Għawdex li se jingħata bidu din is-sena huwa l-bini mill-ġdid tal-kumpless ta’ l-iskola sekondarja tas-subien li jinvolvi l-investiment ta’ madwar Lm3 milljun mifruxa fuq tlett snin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959