Left arrow Go Back

Tissokta l-aħħar fażi ta’ xogħlijiet fl-Iskola primarja Rosa Magro fix-Xewkija

PR0240
Date Icon 21/02/2007
Permezz ta’investiment ta’ Lm130,000 li qiegħed isir mill-Ministeru għal Għawdex, l-Iskola primarja Rosa Magro fix-Xewkija qed tiġi modernizzata b’mod intensiv.
Waqt żjara ligħamlet f’din l-iskola aktar kmieni llum l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, faħħret ix-xogħlijiet li twettqu s’issa filwaqt li qalet li dan il-proġett huwa prova oħra ta’ kemm il-Ministeru għal Għawdex għandu għal qalbu t-tisħiħ kontinwu fis-settur edukattiv fil-gżira t’Għawdex.
Il-MinistruDebono rreferiet għall-pjan tal-Ministeru għal Għawdex li jtejjeb l-iskejjel kollha t’Għawdex u li l-ħidma abbażi tiegħu bdiet fl-1999 mifruxa fuq ħdax-il skola primarja, żewġ skejjel sekondarji, skola post-sekondarja u erba’ skejjel speċjali. Sal-lum twaqqfu laboratorji ġodda tax-xjenzi u computer f’diversi skejjel, inbidlu l-faċilitajiet sanitarji u s-sistemi tad-dawl, ilma u drenaġġ, kif ukoll żdiedet l-aċċessibilita’ fl-iskejjel għal studenti bi bżonnijiet speċjali filwaqt li ngħatat dehra aħjar permezz ta’ xogħlijiet ta’ tisbiħ ġenerali li saru fil-parti l-kbira ta’ l-iskejjel f’Għawdex.
B’mod partikolaridwar l-iskola primarja Rosa Magro fix-Xewkija l-Ministru Debono qalet li hawnhekk ingħatat attenzjoni diretta lejn is-sigurta’, il-kumdita’ u l-ħtiġijiet bażiċi ta’ l-istudenti, b’xogħlijiet ta’ tlestija fuq l-ewwel sular mistennija jaslu fi tmiemhom lejn l-aħħar t’April.
Il-MinistruDebono qalet li l-klassijiet fl-ewwel sular tlestew u ilhom jintużaw mill-bidu tas-sena skolastika preżenti filwaqt li xogħlijiet oħra f’dan is-sular jinsabu fi stadju avvanzat. Xogħlijiet oħra li tlestew s’issa jinkludi l-installazjoni ta’ sistemi ta’ fire alarms u CCTV u t-twaħħil ta’ aperturi ta’ l-aluminium li naqqsu l-periklu u pprovdew kenn mill-kundizzjonijiet ħarxa tat-temp. Is-sistema ta’ l-elettriku fl-ewwel sular ġiet mibdula kumpletament flimkien mat-tibdil fil-faċilitajiet sanitarji. Xogħlijiet oħra f’din l-iskola jinkludu tibdil ta’ madum, tikħil u tibjid.
Bħalissa jinsabugħaddejjin xogħlijiet oħra f’din l-iskola li jinkludu l-immodernizzar komplet tas-sala li jinvolvu t-tibdil tas-sistema tad-dawl ta’ fuq il-palk, titjib tal-faċilitajiet tal-palk u tas-sala b’mod ġenerali. Għaddej ukoll xogħol fuq is-sular t’isfel fejn qed jinbena ħajt ta’ lqugħ għall-ħamrija filwaqt li qed issir waterproofing membrane u xogħol ta’ damp proofing. Fil-klassijiet tas-sular ta’ fuq qed isir xogħol ta’ tisbiħ flimkien ma’ tibdil fil-faċilitajiet sanitarji u fis-sistema tad-dawl. Dan il-proġett jinkludi wkoll it-titjib tat-taqsima li tintuża mill-Kindergarten u tad-daħla prinċipali ta’ l-iskola flimkien mas-sezzjoni amministrattiva.
Il-proġett ta’modernizzar ta’ l-iskola primarja Rosa Magro fix-Xewkija ser jiġi segwit minn xogħlijiet ta’ modernizzar fit-technology workshops fl-iskola sekondarja tal-bniet Agius De Soldanis, l-installazjoni ta’ sistema ta’ dawl fuq il-palk u attrezzi oħra fl-iskola primarja Patri Mattew Sultana fix-Xagħra kif ukoll it-tibdil tal-faċilitajiet sanitarji ġewwa ċ-Ċentru għal Studji Avvanzati Sir Mikelanġ Refalo. Applikazzjonijiet relatati ma’ l-installazjoni ta’ lifts ġewwa l-iskola primarja tar-Rabat Sir Arturo Merċieċa, fl-iskola sekondarja tal-bniet Agius De Soldanis kif wkoll fiċ-Ċentru għal Studji Avvanzati Sir Mikelanġ Refalo diġa’ ġew sottomessi ma’ l-Awtorita’ Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Dawn il-lifts se jżidu l-aċċessibilita’ għall-istudenti b’diżabilita’. Riċentament għal din l-iskola ġew mixtrija għadd ta’ computers għal-laboratorju tal-computers kif ukoll ġiet installata sistema ġdida ta’ solar water heating.
Il-proġettprinċipali fis-settur edukattiv ta’ Għawdex li se jingħata bidu din is-sena huwa l-bini mill-ġdid tal-kumpless ta’ l-iskola sekondarja tas-subien li jinvolvi l-investiment ta’ madwar Lm3 milljun mifruxa fuq tlett snin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow